best deal

Wednesday, 15 November 2017

"Oliver, tagħmilx ix-xogħol tax-Xitan"


Ittra anonima tgħid lil Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà, biex ma jagħmilx ix-xogħol tax-Xitan.




L-ittra, li nkitbet l-għada tal-programm, tgħid hekk:


"Oliver, tagħmilx ix-xogħol tax-Xitan.
Qed jifraħ ħafna bik! Tkunx inti, li tħajjar in-nies għad-dnub.
Jekk trid tgħid xi ħaġa għall-ġid għidt:

1) Kulħadd għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.
2) Ma għandniex kull ħaġa li nixtiequ nakkwistawha at all costs.

Ini taf tiftaħ Pandoa Box, għax in-nies l-oħra li mhumiex handicapped, allura jħallsu għall-istess ħaġa minn buthom? Discrimination!
Ibni, iftaħ għajnejk, u tagħmilx ħsara li ma tkun tista' treġġagħha lura.
Il-bniedem magħmul mir-ruħ u mill-ġisem. Ir-ruħ li tifridna mill-annimali, u tagħha rridu nagħtu kontu kont quddiem Alla.

Oliver ma jqisx li qed jagħmel ix-xogħol tax-Xitan. "Messaġġi bħal dawn ma jweġġgħunix, però jdejquni għax jiena bniedem pożittiv u għext ħajti fil-pożittività. Veru m'iniex bniedem li mmur il-knisja kuljum, imma nemmen ħafna f'Alla. Ma niġix għax-xogħol għall-paga imma niġi biex il-ftit li nagħmel s-soċjetà forsi tkun tista' tigwadanja minnu. Għalhekk ma naħsibx li qed nagħmel ix-xogħol tax-Xitan kif ġejt akkużat li qed nagħmel."

Oliver jaħfer lil din il-persuna. "Lill-persuna li kitbitli din l-ittra mhux se noqgħod inżommha fuq l-istonku imma naħfrilha mingħajr l-ebda dubju. Dan ma kienx l-uniku messaġġ li pprova jirredikolani però jiena xorta ħa nkompli naħdem. Inħeġġeġ lil dawn li qed isegwuni biex ma joqogħdux jieħdu dan il-messaġġ bħala ħaġa negattiva."


Il-Kummissarju se jkompli jaħdem fuq dan is-suġġett. 'Fuq is-suġġett tas-sesswalità importanti li ma nħalluhx taħt it-tapit imma nkomplu niddiskutuh. Fl-aħħar mill-aħħar is-sesswalità tagħmilna umani u d-diverġenzi u n-nuqqasijiet ma nħalluhomx għad-dlam imma noħorġuhom għad-dawl. B'hekk is-soċjetà tibda titgħallem li l-persuni b'diżabiltà ma għandhomx jiġu ppatronizzati, ma jgħidulhomx x'għandhom jagħmlu u x'ma jagħmlu u ma jibqgħux jħarsu lejhom bħala persuni asesswali."

No comments:

Post a Comment