Għal dawk kollha li kienu qed jippjanaw li llejla jqattghu s-serata tagħhom billi jmorru jaraw id-dramm ‘Qaħba Jien?’
Minħabba ċirkostanzi li ma kinux fil-kontroll tal-produtturi dan id-dramm kellu jiġi pospost għal nhar il-Erbgħa 8 ta’ Novembru fit-20:00 fit-Teatru ta’ San Ġakbu il-Belt Valletta. Is-serata ta’ għada l-Ħadd 5 ta’ Novembru ser issir xorta waħda.
Il-kitieb ta’ Qahba Jien? Joe Julian Farrugia, flimkien mal-kast kollu ta’ din il-produzzjoni jiskużaw ruħhom ta’ kull inkonvenjent.
Dawk kollha li jridu jibbukkjaw post biex jaraw dan id-dramm jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fis-sit ta’ St. James Cavallier.
No comments:
Post a Comment