best deal

Wednesday, 29 November 2017

"Ħsibt li qed tawgurali tal-birthday u minflok ikun il-proponiment taż-żwieġ"


Din it-tifla tispiċċa twassal il-proponiment lil ommha jekk taċċettax li tiżżewweġ lis-sieħeb tagħha.
Dawn Anthea u Dion, u waqt vaganza għal għeluq sninha f'Madrid, jipproponilha kemxejn differenti. "Kelli l-birthday u l-għarus ħadni Madrid. Dakinhar għamilna ġurnata barra u meta morna lura l-lukanda, insib l-art kollha fjuri. Wara fetaħ il-laptop u wrieni vidjow li kienet għamlet bintha."

Għall-ewwel Anthea taħseb li kienet qed tawguralha f'għeluq sninha. "Dak il-ħin ħsibt li qed jagħmluhieli għall-birthday imma mbagħad xħin rajt you're not a Fave yet, indunajt x'ġej. Infqajt nibki, dort u narah biċ-ċurkett. Dak il-ħin m'għedtlux 'iva' u qbadt ngħannqu. Imbagħad qalli, 'Imma iva jew le?" u għedtlu iva hux!" tgħidilna Anthea.

Ilhom joħorġu flimkien 4 snin. "Huwa kien jilgħab mal-Marsa, u kont nafu permezz tal-ħbieb tiegħi għax mill-Marsa. Żiedni fuq Facebook u bdejna nitkellmu sakemm iltqajna f'Paceville u beda jaqbad miegħi fuq il-Furjana għax jiena minn hemm."



Nawguraw lil Anthea u Dion li ppjanati li jiżżewġu fir-4 ta' Lulju 2020!

No comments:

Post a Comment