best deal

Wednesday, 22 November 2017

Tagħmel tattoo ta' tattoo tagħha stess fuq idha


Jekk tħares lejn ir-ritratt tifhem sew x'qed nipprova ngħid.

Sewwa rajtu. Din it-tfajla fil-weekend li għadda, għamlet tattoo tagħha fuq idha u fiha terġa' tidher din it-tattoo. 

"It-tattoos tiegħi kollha għandhom l-istil tal-old school. Minn dejjem kelli din l-idea tiegħi nnifsi ta' kif nidher li kieku kont pin-up vera. Tkellimt mat-tattooist tiegħi, li tifhimni sal-inqas dettall. Tajtha l-idea u x'nixtieq nilbes fit-tattoo, kif tagħmilli l-make-up u l-kumplament ħallejt f'idejha. L-idea kienet li fit-tattoo jidhru t-tattoos tiegħi biex nidher li jiena. U għamiltha hemmhekk għax hemm biss għandi vojt," tgħidilna Rachel. 

Ir-reazzjoni tan-nies kienet waħda. "Kull meta pprovajt nispjega l-għaliex ħa nagħmel wiċċi, kulħadd qalli, 'Iii ma tħobbx lilek innifsek ukoll!'. Però jiena jogħġbuni ħafna l-ħamsinijiet u l-istil tal-pin-ups. Affaxxinata b'dan kollu. Kemm fejn jidħlu tattoos, fashion, karozzi u mużika. Inħoss li dik l-era li sippost qed ngħix fiha jiena."


Bdiet tpinġi meta kellha 18-il sena. "Malli għalaqthom, tani li nagħmel waħda żgħira. Imma bħal min jagħmel it-tattoos, meta tpinġi l-ewwel darba mbagħad ma tieqafx. Minn dejjem kienet togħġobni tpinġija," tgħidilna Rachel.

Din mhux se tkun l-aħħar tattoo għal Rachel. "Nixtieq nagħmel tattoo oħra u differenti. Meta tkun qed tpinġi, moħħok mill-ewwel jaħseb x'tattoo se tagħmel wara din, kemm qabel u anke waqt li tkun qed tagħmilha. Ma nistax ngħid x'se tkun għax sorpriża. Nistennew u naraw," ittemm tgħidilna Rachel.

Inti x'taħseb?

3 comments:

  1. Ive known Rachel for a couple of years, I taught her how to drive and through the lessons and common interests (Tattoo's being one of them,) I built up an honest friendship with her and got to know her as a person, who is honest,caring ,loving and very intelligent to mention a few of her good qualities. She is a very strong person in character but as myself had to find out is that the strongest people have normally have been through the roughest of times and not been fed with a "silver spoon in our mouths". To be able to love ones self is a great gift, for Rachel to do this in a tattoo form just expresses that. This piece is a very original idea and Rachel is full of originality. very proud to know her.

    ReplyDelete
  2. such an amazing character u rock rachy xxx

    ReplyDelete
  3. Wow! Such an amazing and helpful post this is. I really really love it. It's so good and so awesome. I am just amazed. I hope that you continue to do your work like this in the future also The Tattoo

    ReplyDelete