Jacob Thompson se jiċċelebra l-Milied kmieni din is-sena.
Bħal kull tifel ieħor tal-età tiegħu, Jacob iħobb jilgħab Minecraft u Legos, u fan kbir ta' Star Wars.
Huwa wkoll fotografu, kantant u ċajtier, imma fuq kollox iħobb ħafna l-pengwini.
Però Jacob għandu kanċer u iktar kmieni f'Ottubru t-tobba qalu lil familtu li probabbilment baqagħlu xahar biss ħajja.
Allura se jiċċelebraw il-Milied kmieni, u Jacob jixtieq lin-nies jiċċelebrawh miegħu billi jibagħtulu l-kartolini.
Qabel ma jiċċelebraw dan il-'Milied' li se jsir dan ix-xahar, Jacob talab lil kulħadd biex min irid jibgħatlu kartolina ħalli jiċċelebrawh miegħu.
Ħamest ijiem wara li qal x'jixtieq, Jacob kien diġà rċieva 100 kartolina minn madwar id-dinja.
Iċċelebrah miegħu billi tibgħatlu kartolina fuq dan l-indirizz:
Jacob Thompson
c/o Maine Medical Center
22 Bramhall Street
Portland, ME 04102
USA
No comments:
Post a Comment