best deal

Wednesday, 22 November 2017

Tippubblika ktieb u kalendarju dwar Malta bil-Ġappuniż




Din Miyuki Sugihara. Ġappuniża li ddeċidiet li tgħix Malta u issa spiċċat tbigħ ktieb u kalendarju l-Ġappun, bi tpinġijiet ta' Malta li pinġet hi stess.

Erba' snin ilu Miyku tiddeċiedi li tiġi Malta. "Ibni kien ibati minn allerġija u kienet l-aħjar deċiżjoni li mmorru noqogħdu f'pajjiż b'temp sabiħ u jkun imdawwar bil-baħar. Mort l-Awstralja, l-Ingilterra u wara xahar Franza, iddeċidejt nagħmel tlett ijiem Malta għal vaganza minħabba t-temp. F'dawk il-jiem kulma rajt il-Belt u Buġibba, u minn dawk iż-żewġ postijiet ukoll inġbidt lejn Malta," tispjegalna Miyuki.

F'dawk il-jiem tpinġi żewġ tpinġijiet tal-Belt. "Meta mort lura l-Ġappun kull darba bdejt nistaqsi lili nnifsi; "Għala m'iniex hemm? Jiena hemm għandi nkun? U ddeċidejt li ngħix f'Malta għal dejjem." Minn hemm, Miyuki tibda tpinġi kull fejn tmur.

"F'Malta bdejt inpinġi kullimkien. Fil-Ġappun din ma stajtx nagħmilha għax kullimkien imdawwar bin-nies, b'sinjali u b'binjiet għoljin. Hawn nista' npinġi l-kuntrast li nara bejn il-baħar ċar u l-bini."


Miyuki tikteb 4 kotba dwar kif wieħed għandu jpinġi u javviċinawha biex tagħmel ktieb bit-tpinġijiet tagħha ta' Malta. "Avviċinatni l-kumpanija tal-pubblikazzjoni biex nagħmel ktieb bit-tpinġijiet tal-postijiet Maltin. Imma kont ilni hawn Malta sena biss, u ma kontx lesta. Kont qed inpinġi għal pjaċir u qatt ma kelli l-ħsieb li npinġi biex nippubblika ktieb.




Sentejn u nofs wara taċċetta u tiddeċiedi li tippubblika ktieb. "Sħabi dawruni f'postijiet li qatt ma kont naf bihom u ddeċidejt li nippubblika l-ktieb. Bdejt inpinġi ħafna postijiet li ma nsibuhomx fi ktieb tal-ivvjaġġar biex il-Ġappuniżi jsiru jafu bihom." Fil-fatt f'dan il-ktieb issib postijiet li mhumiex magħrufa daqshekk mat-turisti imma mbagħad issib affarijiet ta' tradizzjoni, ta' kultura, apparti li xi paġni juruk kif tpinġi ċerti xenarji.

Fl-2017 tippubblika kalendarju bi stampi ta' diversi pajjiżi Ewropej, u nofsu mimli bi tpinġijiet ta' Malta. Għas-sena 2018, Miyuki tiddeċiedi li tagħmel kalendarju bi tpinġijiet kollha ta' Malta. "Minħabba li fl-2018, Malta se tkun il-Belt Ewropea tal-Kultura, ħassejt li għandi niċċelebraha bħala artista li qed ngħix f'dan il-pajjiż. Xtaqt li bil-kalendarju, il-Ġappuniżi jsiru jafu dwar Malta, iktar u iktar meta din is-sena Malta ssemmiet ħafna fuq it-televiżjoni."


Tagħlaq b'messaġġ dwar Malta. "Malta minkejja li mhijiex perfetta, nista' nħoss li n-nies hawnhekk qed jgħixu l-ħajja tagħhom b'mod individwali. Din ma tarahiex fil-Ġappun, fejn in-nies jilbsu u jimxu fl-istess direzzjoni. Hawnhekkk f'kull individwu u f'kull xena, tara storja.

2 comments:

  1. Jisimni Clyde Caruana, jien politiku Malti fi ħdan il-Partit Laburista, minn Novembru 2020 Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.
    Il-faqar dejjem jikber li bħalissa qed iħawwad lill-umanità minħabba d-diversi mard u diżastri naturali qed jagħti daqqa vjolenti lill-popolazzjonijiet għax il-maġġoranza tal-ġenituri m’għadx għandhom biżżejjed mezzi finanzjarji biex jiżguraw id-diversi proġetti tagħhom u speċjalment biex jiżguraw il-miżati tal-iskola ta’ wliedhom. . Jien f’kollaborazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea, flimkien ordnajna lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tagħti fondi mhux rifondibbli lill-ġenituri bi proġetti konkreti iżda li qed ibatu biex jiksbuhom. Nitlobkom biex tafdaw l-organizzazzjoni billi tikkuntattjaw l-Email sabiex tibbenefika malajr minn fondi mhux rimborsabbli.

    Email: rosaemilieserge@gmail.com
    Email: rosaemilieserge@gmail.com
    Email: rosaemilieserge@gmail.com

    Grazzi

    ReplyDelete
  2. FINANCIAL AGENT LIMITED provides a full financial planning service to both the commercial and domestic markets. At IQ FINANCE PLC we believe that financial planning is about two things: creating wealth and protecting wealth. These two objectives are at the heart of everything we do. And, as a member of FINANCIAL AGENT LIMITED Services, we give you a small-company service but with a large-company set up – the best of both worlds.
    You are at liberty to engage our leased facilities into trade programs as well as in signature project(s) such as Aviation, Agriculture, Petroleum, Telecommunication, construction of Dams, Bridges and any other turnkey project(s) etc. Our terms and Conditions are reasonable.
    Leasing Price : 6%+2%
    Buying Price: 38%+2%

    Contact us for more details on our terms and procedure of transaction.

    NAME :Jason Edward
    EMAIL :financialagentltd@gmail.com
    SKYPE :financialagentltd@gmail.com

    ReplyDelete