best deal

Friday, 17 November 2017

BIL-FILMAT: Xarabank jixtri d-droga



F'Xarabank xtrajna d-droga u se nurukom x'għamilna biex xtrajnieha. U dan huwa appell għall-ġenituri biex illejla jaraw din il-parti.



F'parti oħra tal-programm se niddiskutu s-sitwazzjoni politika. Fil-panel se jiddiskutu l-Ewroparlamentari Alfred Sant u David Casa, il-Ministru Ian Borg u d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.




Magħna se jkollna lil Gianluca, it-tifel li ġimgħa oħra se jirrappreżentana fil-Junior Eurovision Song Contest bid-diska Dawra Tond.



Illejla se nurukom il-famuża intervista li Mark għamel ma' Emmy Bezzina u filmat ta' tfajla bl-isem ta' Sarah li ftit xhur ilu rċeviet żewġ riżultati, u dawn biddluha ħajjitha.

No comments:

Post a Comment