best deal

Wednesday, 1 November 2017

X'kienu qed jagħmlu San Ġorġ Preca, il-Papa u l-anġli f'Marsaskala?



San Ġorġ Preca, il-Papa u l-anġli kienu wħud mill-qaddisin li t-tfal iddeċidew li jilbsu bħalhom għall-festa tal-Qaddisin.


Ilbieraħ fil-parroċċa ta' Marsaskala, l-Appostli u d-Dixxipli Franġiskani ta' Ġesù u Marija u l-parroċċa ta' Wied il-Għajn organizzaw quddies, party u logħob għat-tfal bħala ċelebrazzjoni għal din il-festa. 



Fr Roderick Camilleri, il-Kappillan ta' Marsaskala jgħid: "Illum l-Knisja universali qed tiċċelebra s-solennità tal-qaddisin kollha. Ilbieraħ kellna parteċipazzjoni sabiħa tat-tfal illi liebsu kostum tal-qaddis favorit tagħhom. Kellna numru sabiħ ta' tfal li libsu ta' San Ġorġ Preca, ta' San Pawl, ta' Santa Katarina ta' Lixandra, ta' Santa Liena u kellna wkoll ħafna anġli. Dawn it-tfal ġew mal-familja tagħhom u dak huwa s-sabiħ tal-Knisja, li qed tiċċelebra l-familja ta' Alla.

Il-qaddisin dawk huma, il-familja ta' Alla illi diġà qegħdin fid-dar tal-Missier. Aħna l-familja ta' Alla wkoll li għadna f'din il-mixja biex jekk Alla jrid inkunu qaddisin, jekk dejjem nagħmlu dak li jixtieq l-Mulej Ġesù minna u nwettqu l-missjoni li huwa jafdalna. Il-qaddisin fittxew il-verità, il-veru ferħ u l-veru paċi li jagħtihomlna l-Mulej Ġesù. Jekk aħna naħdmu id f'id miegħu, naħseb dik tkun it-triq li twassalna għall-qdusija, imdawlin mill-Evanġelju u mis-sagrament tal-Knisja."



Tkellimna wkoll ma' Sue Sciberras, waħda mill-organizzaturi ta' din l-attività: "L-iskop tal-attività kien li niċċelebraw flimkien il-festa tal-qaddisin. Dan anke biex lit-tfal nagħtuhom sens ta' għarfien ta' din il-festa. L-għan tagħha kien wkoll li ninġabru flimkien u nagħtu l-opportunità lit-tfal illi anke huma jistgħu jgħixu u jikbru biex min jaf, anke huma jkunu qaddisin."

Ilbieraħ nistgħu ngħidu li kellna tiżwiqa ta' kostumi, kien hemm min iddeċieda li jilbes tal-waħx u kien hemm ukoll min għażel li jilbes ta' qaddis.


Ikkummenta billi tibagħtilna ritratt ta' tfal tiegħek bil-kostum!

1 comment:

  1. Sabiha l-idea.It-tfal tajjeb isiru jafu fuq il-hajja tal-qaddisin u jipruvaw ,bil-ghajuna tal-genituri u tal-knisja,jimitawhom u jimxu fuq il-passi taghhom.Fuq qollox il-qaddisin kienu nies bhalna li ippruvaq.

    ReplyDelete