best deal

Wednesday, 15 November 2017

X'sar minnu Ramon ta' Deċeduti?


Gordon Bonello ġie magħżul biex fil-Georgia jipproduċi u jidderieġi l-Junior Eurovision Song Contest. Tant kien impressjona lill-organizzaturi internazzjonli tal-Junior Eurovision, li kienu talbuh biex jidderieġi l-Junior Eurovision li kien sar fil-Bulgarija. Tant baqgħu impressjonati hemmhekk li reġgħu qalulu u issa huwa l-producer u d-direttur kreattiv tal-JESC li se jsir f'Georgia. Din hija kariga internazzjonali mill-iżjed importanti, li titlob persuna bi kreattività eċċezzjonali, u huwa ta' unur li Malti bħal Gordon Bonello qed ikun magħżul għaliha sena wara sena.


Imma kif spiċċa jaħdem għall-Junior Eurovision Song Contest? "Bdiet fl-2014 f'Malta meta dik is-sena għamilna kambjament totali u tajna spinta 'l quddiem il-Junior Eurovision Song Contest. Kienet dik is-sena li l-EBU ħadu interess fija u s-sena ta' wara għamilt il-Junior Eurovision Song Contest il-Bulgarija," jgħidilna Gordon.

Kienu l-esperjenzi tiegħu li wassluh għal dan ir-rwol. "Jiena għamilt 7 snin naħdem fl-industrija tal-films fejn kont extra-casting coordinator. Apparti li għamilt żmien bħala graphic designer, kont mużiċist u allura l-mużika qiegħda fija wkoll. Imma l-esperjenza ksibtha sew meta għamilt l-ewwel il-Malta Eurovision Song Contest għax dan, differenti minn pajjiżi oħrajn, innutaw fih l-istess mekkaniżmu li jaħdmu bih shows barranin. Id-differenza li kien hemm kienet biss il-baġit," jispjegalna Gordon.



 


Kont taf li Gordon għamel ukoll il-vidjow mużikali ta' Gianluca, il-kantant Malti li ġimgħa oħra se jirrappreżenta lill-Malta għall-JESC bid-diska Dawra Tond? "Inżilt Malta u bil-ftit baġit li kien hemm, għamilt il-vidjow mużikali ta' Gianluca flimkien mat-tim li kelli miegħi, fosthom ma' Charles Ahar. Fih ħriġt l-element uman lokali u dan imbuttajtu kemm stajt  biex jidher fil-viżwali waqt il-Junior Eurovision Song Contest. Jiġifieri miljuni ta' nies ħa jaraw daqsxejn minn Malta fuq l-iscreen tagħhom," jgħidilna Gordon.

Bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji biex għaxart ijiem oħra jittella l-JESC. "Nhar is-Sibt li ġej nibdew bl-istand-in rehearsals fejn għal 3 ijiem se nagħmlu wkoll ir-rehearsals tal-opening acts, l-interval acts fost oħrajn. Imbagħad mit-Tlieta sal-Ġimgħa se jkollna r-rehearsals mad-delegazzjonijiet fuq l-istage."


Itemm jgħidilna: "Issa rnexxieli nikseb esperjenza biżżejjed li nħossni iktar komdu kull sena. Qed nitgħallem dejjem iktar u dan qed jgħinni ħafna iktar biex inkun fil-kontroll. L-isbaħ esperjenza li haw' hawnhekk hi li apparti d-delegazzjonijiet kollha ġejjin minn pajjiżi differenti, anke l-krew huwa magħmul minn nies differenti. Aħna qegħdin 4 Maltin, jien, Charles Ahar, David Vassallo u Reuben Sant, u magħna qed jaħdmu wkoll Irlandiżi, Taljani, Bulgariżi u Ingliżi!"


Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se jkollna lil Gianluca!

Ritratt: Deċeduti Facebook

No comments:

Post a Comment