best deal

Tuesday, 21 November 2017

X'tista' tagħmel għall-Istrina?




Kemm tagħfas żewġ buttuni u tbiddel ir-ritratt tal-profil tiegħek. Veru veru faċli. Ippruvaha u meta tagħmilha ħajjar lil ħaddieħor jagħmel bħalek.




Diversi nies qed jagħmlu l-profile frame tal-Istrina biex iqajmu aktar kuxjenza dwar dak li se jiġri l-għada tal-Milied.


U inti tista' tagħmilha wkoll. Qed inħeġġuk biex tbiddel ir-ritratt tal-profil tiegħek inti ukoll ħalli tkun parti minn din il-festa ta' solidarjetà. 


Jekk trid tbiddel il-profile
 picture idħol fuq il-paġna tal-Istrina mill-mowbajl u niżżel isfel sakemm tara din:







Agħfas 'Try it' li tinsab isfel nett. Biddel in-numru ta' ġranet ta' kemm tixtieq tħallih jidher, idealment tħallih sal-għada tal-Istrina. L-aħħar pass huwa li tagħfas use as profile picture biex tbiddel ir-ritratt tiegħek għal ritratt ġdid bil-profile frame tal-Istrina.



Mod ieħor biex tagħmel il-profile frame tal-Istrina huwa li tidħol fuq profile tiegħek u agħfas update profile picture.




Wara agħfas add frame.



Agħżel il-profile frame #Jienalistrina u biddel in-numru ta' ġranet ta' kemm tixtieq tħallih jidher, idealment tħallih sal-għada tal-Istrina. 





L-aħħar pass huwa li tagħfas use as profile picture biex tbiddel ir-ritratt tiegħek għal ritratt ġdid bil-profile frame tal-Istrina.



Grazzi għax bis-saħħa tiegħek, il-Malta Community Chest Fund se tkompli tgħin ħafna familji!

No comments:

Post a Comment