best deal

Friday, 22 December 2017

5 affarijiet li forsi ma kontx taf dwar il-Milied



Għalkemm fil-Milied niċċelebraw it-twelid ta' Ġesù Kristu, fil-Bibbja m'hemm l-ebda referenza għall-25 ta' Diċembru. Il-biċċa l-kbira tal-istoriċi jemmnu li fil-fatt Ġesù Bambin kien imwieled fir-Rebbiegħa.


Fil-fatt xi wħud jargumentaw li d-data ġiet magħżula minħabba li ħabtet mal-festival pagan ta'
Saturnalia, li fih jiġi ċċelebrat l-Alla Saturnu bparties u l-għoti tar-rigali.



Tradizzjoni oħra tal-Milied li ħarġet mill-festival Saturnalia kienet is-siġra tal-Milied. Il-Ġermaniżi huma l-ewwel li ġabu l-evergreens fi djarhom u jżejnuhom. Tradizzjoni li waslet fl-Istati Uniti fis-seklu 19. Iżda kien propju Prinċep Albert li kien introduċa s-siġra lill-mara ġdida tiegħu, ir-Reġina Victoria. Grazzi Bertu!


Il-libsa l-ħamra.

Santa Klaws kellu varjetà ta' lbies ikkulurit matul is-snin - blu, abjad, u aħdar. Iżda l-leġġenda tgħid li l-immaġni popolari tal-libsa bellusija ħamra kienet minn reklam tal-1930 li kienu għamlu l-Coca Cola.




Ksieħ, mulled wine, kutra u film. Però huwa diffiċli li tiddeċiedi liema film klassiku trid tara l-ewwel. Bla ebda dubju l-iktar film popolari tal-Milied ta' kull żmien huwa How the Grinch Stole Christmas bil-parti prinċipali ta' Jim Carrey.



...U l-iktar diska popolari tal-Milied? Bla dubju hija "All I want for Christmas Is You" ta' Mariah Carey. Però ma' kinitx l-iktar diska li għamlet bejgħ għax l-iktar kanzunetta li għamlet dan, hija 'White Christmas' ta' Irving Berlin.


No comments:

Post a Comment