
Aġġornata (2):
Matthew, iben Daphne Caruana Galizia, fuq Twitter, kiteb li hemm xi ħaġa ħażina ħafna, meta l-familja tal-vittma ssir taf dwar l-arresti minn retweet ta' uffiċjal tal-partit fil-Gvern.
Aġġornata (1):
Jitla' għal għaxar in-numru ta' persuni arrestati.
Qabel:
Ġew arrestati tmien persuni suspettati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal li l-Pulizija għandhom 48 li fihom iridu jressqu l-provi biex jipproċedu fil-Qorti. Qal li l-investigaturi jemmnu li s-suspettati huma l-persuni li wettqu l-qtil, u mhumiex il-persuni li kkummissjonawha.
Filwaqt li Dr Muscat qal li huma kollha Maltin, ir-rajd li dalgħodu saret fil-Marsa hi relatata ma' dawn l-arresti. Madankollu saru arresti oħra f'numru ta' inħawi oħra, fosthom f'Buġibba.
No comments:
Post a Comment