best deal

Saturday, 2 December 2017

BIL-FILMAT: Fil-jiem li ġejjin aktarx jeħel 6 snin ħabs wara 10 snin 'clean'


William, wara 10 snin clean fil-jiem li ġejjin aktarx se jeħel 6 snin ħabs.

William ta' 13-il sena jibda jieħu d-droga. Aktar tard jibda jieħu droga iktar b'saħħitha. Isir addict. Bħal ħafna addicts oħra, 14-il sena ilu jinqabad ixerred id-droga, jarrestawh u jressquh il-Qorti. Sadanittant imur il-Caritas għal programm u jiggradwa. U bl-għajnuna t'ommu u ta' missieru, u bis-sapport tat-tfajla tiegħu Olivia issa ilu 10 snin clean mid-droga. Ilu 8 snin ma jmiss qatra alkoħol. Ilu 7 snin li qata' s-sigaretti. 

Jagħmel kors tal-ikel fl-I.T.S u ħames snin ilu jiftaħ restorant żgħir. Jimpjega ħames persuni. Dan l-aħħar ineħħi r-restorant għax 14-il sena wara, fil-jiem li ġejjin, aktar jeħel 6 snin ħabs.

Fil-programm, Olivia qalet li tħossha muġugħa u fl-istess ħin irrabjata li wara dan iż-żmien William li ħadem biex qiegħed fejn qiegħed u issa ma tafx x'se jiġri. Żiedet tgħid li William huwa inkwetat għalina milli għalih u jiddejjaq jarahom hemm.





Ommu qalet li kienet iebsa għalih li binha kien qed jieħu d-droga għax kien tifel b'saħħtu u bdew jaraw jinqered ftit ftit. Il-missier qal li ħassu li kellhom tifel li twieled mill-ġdid dakinhar li gradwa u qed iħoss li s-sentenza se titfagħhom lura. Żied jgħid li ma jixtieqx li jgħaddu minn dak iż-żmien li għaddew qabel. 

Mariella Dimech, il-Piskoterapista, qalet li tiftakaru sew meta kien daħal għall-programm tal-Caritas. Spjegat kif kienet iebsa ħafna miegħu imma rat ġuvni b'ħafna kapaċitajiet. "William huwa r-raġuni li l-għala nagħmlu dan ix-xogħol u jekk jidħol il-ħabs mhux biss ħa jbati imma n-nies li qed jagħmlu l-programm. Hemm speranza għalihom? William baqa' f'kuntatt miegħi anke wara li gradwa. Huwa bniedem li jista' jagħti lura lis-soċjetà u huwa persuna ta' eżempju," qalet Mariella. Żiedet tgħid li tammira veru li William qed jaħseb fin-nies ta' madwaru u jixtieq jagħti eżempju lin-nies ta' warajh. Qalet li temmen li n-nies jistgħu jinbidlu u William huwa eżempju perfett.



Il-Membru Parlamentari Laburista Roseanne Cutajar filwaqt li qalet li ma nieħdu xejn inbilli nibagħtu lil William il-ħabs, u li nibgħatu lil William il-ħabs mhijiex ġustizja. 

Wara dan kollu, William stqarr li japprezza li dan is-suġġett qed jiġi diskuss u li rċieva feedback mingħand ħafna nies.

L-appell ta' Xarabank huwa li dan ir-raġel għandna nħalluh hawn barra għax jgħin ħafna nies.

Ritratt: Photocity Malta

No comments:

Post a Comment