best deal

Monday, 18 December 2017

BIL-FILMAT: Imorru jkantaw lill-anzjani għall-Milied


Kemm hu sabiħ meta xi ħadd jaħseb fl-oħrajn? Speċjalment f'nies vulnerabbli jew li jkunu waħedhom iktar minn oħrajn?



Glen Vella u Pamela Bezzina flimkien mal-kantanti tal-Animae Gospel Choir serqu nofsinhar mill-iskeda tagħhom li bħalissa okkupata b'kunċerti u rehearsals billi marru jkantaw ġod-djar tal-anzjani.


Aħna tkellimna ma' Pamela li qaltilna li din qanqlitilhom sodisfazzjoni. "Tgħidx kemm konnna ħerqana għal din il-ġurnata. Lanqas temmen! Kellna min kull tip ta' kunċerti, fl-aqwa teatri li għandna Malta u għandna eluf ta' segwaċi. Però esperjenza bħal din hija tassew unika u konna eċitati ħafna għaliha. L-anzjani emozzjonawna ħafna." 




Din l-esperjenza taffettwahom. "Ħafna minna spiċċajna bid-dmugħ f'għajnejna u b'għoqla fi griżmejna! Xejn ma jagħtik iktar sodisfazzjoni milli taqsam it-talent tiegħek ma' nies oħra mingħajr ma tistenna xejn lura. Mhux talli hekk, talli tawna ħafna sodisfazzjoni. Rajna ferħ kbir f'wiċċ anzjani li min jaf xi storja hemm wara kull persuna. Ħassejna paċi ta' vera li ma sibna fuq ebda skala oħra ta' suċċess."


No comments:

Post a Comment