Tuesday, 19 December 2017
BIL-FILMAT: Kemm hu komuni s-sens komun?!
Il-kantanta Raquel Galdes flimkien ma' Rikki Lee Scicluna ħarġu bi proġett ġdid bl-isem ta' Tiny Egos. Dawn it-tnejn qed joħorġu fit-toroq u jistaqsu lin-nies mistoqsijiet sempliċi iżda li jgerfxuk. Pereżempju; "Meta kelli 6 snin, oħti kellha nofs l-eta' tiegħi. Illum jien għandi 70 sena, kemm għandha żmien oħti?"
Minbarra l-mużika, Raquel u Rikki Lee qed jagħmlu dan l-istreet show, bil-għan li jiltaqgħu man-nies, isiru jafu lill-poplu iżjed mill-viċin, u kemm jista' jkun in-nies isiru jafu lilhom.
Fost il-mistoqsijiet sempliċi iżda li jfixxklu, Raquel u Rikki Lee staqsew lin-nies "Jekk hemm 12-il ħuta ġo vaska u 6 minnhom għerqu, kemm baqa' ħut?" Ara x'wieġbu n-nies fil-filmat t'hawn taħt:
Dawn iż-żewġ żgħażagħ Maltin huma mużiċisti u qed jaħdmu fuq sett ta' diski b'messaġġi emozzjonali, minn esperjenzi personali tagħhom. Raquel tkellmet ma' Xarabank u qalet, "Id-diski li qed niktbu jfissru ħafna għalina, emozzjonalment". L-ewwel kanzunetta mistennija toħroġ fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment