best deal

Wednesday, 20 December 2017

BIL-FILMAT: "Ktibtha għal sieħbi li miet bil-kanċer" - Kurt Anthony Cassar


Anġlu Ħaj hija l-kanzunetta li kiteb Kurt Anthony Cassar għal dawk il-ġenituri li tilfu lil uliedhom.


Aħna tkellimna ma' Kurt li qalilna li t-telfa ta' sieħbu wasslitu biex jikteb din il-kanzunetta. "Il-ġar tiegħi, Eric, li kien DJ popolari ħafna, miet wara li tilef il-battalja kontra l-kanċer. Kont qed naħseb fih u ġietni l-ispirazzjoni li nikteb poeżija. Fil-fatt, l-għan tiegħi ma kienx li noħroġ kanzunetta, imma li nikteb poeżija. F'temp ta' ħames minuti, ktibt il-kliem li ħareġ minn qalbi u veru kont kuntent biha. Naħseb kienet l-iktar kitba li ħarġet minn qalbi, b'mod spontanju u li kont ispirat fi ftit ħin."

Jiddedikaha lill-ġenituri li tilfu lil uliedhom. "Xtaqt niddedikaha għal ġenituri, li bħal ġara tiegħi, tilfu lil uliedhom u jgħaddu minn din it-tbatija. Ommi u l-mużika huma l-iktar żewġ affarijiet importanti għalija u meta ktibtha, bdejt nimmaġina li kieku ommi titlef lili."

Ekklesia Sisters ikantaw ukoll. "F'din id-diska jkantaw ukoll Ekklesia Sisters, fosthom Sr Michela. Hija persuna li temmen ħafna fejn fit-talenti tiegħi u nemmen ħafna fl-imħabba li toffri. Qatt ma rajt soru bħalha. Rajt li hi tista' tħossha iktar il-kanzunetta għax hi rabbiet tfal, li sfortunatament mietu ukoll."

Tista' tisma' l-kanzunetta sħiħa hawn:

No comments:

Post a Comment