best deal

Thursday, 7 December 2017

BIL-FILMAT- “Ma naqbilx li xi ħadd ikun jista' jċempel b'numru moħbi"



Peppi Azzopardi ma jaqbilx li xi ħadd iċempel b'numru privat.






"Ma nafx jiġrilkomx bħali. Xi kultant nirċievi telefonati u jkunu unknown. Tħarsu lejn it-telefown u ma tkunux tafu x'se taqbdu tagħmlu. Jiena dawn it-telefonati ma nwiġibhomx . Naħseb li m'għandhiex tkun permessa illi jekk għandek telefown tista' ċċempel mingħajr jien ma nkunx naf min hi l-persuna li qed iċċempel. Għalfejn għandek bżonn iċċempel b'numru privat? Taħseb kemm taħseb m'hemmx raġuni, ħlief li trid tagħmel xi ħaġa minn taħt. Għalfejn għandi nċempel lil xi ħadd b'numru privat li xorta waħda ħa jirrispondini u ma rridx ngħidlu, qabel ma jirrispondini, min jien? Jew għax jekk nuri min jien ma jirrspondinix jew għax irrid nheddu u ma rridux ikun jaf min jiena."

"Allura naħseb li l-kumpaniji tat-telefonija m'għandhomx jaċċettaw li jkun hemm nies li jċemplulek mingħajr ma jgħidu min huma billi jagħżlu jċemplu b'numru privat."

1 comment: