best deal

Monday, 11 December 2017

BIL-FILMAT: F'Malta għandna boy band. Jekk għadek ma smajthiex agħfas hawn.



Dawn is-sitt żgħażagħ jagħtu ħajja lil din il-kanzunetta Maltija.

Il-grupp ta' Avenue Sky ħarġu verżjoni ġdida ta' Ftakar. Aħna tkellimna ma' Joseph Refalo, wieħed mill-kantanti, li kellimna dwarha. "Minn dejjem xtaqna naħdmu fuq materjal differenti minn dak li l-udjenza Maltija normalment tisma'. Riedna kanzunetta tajba, sabiħa bħala lirika u melodija, u għażilna Ftakar, li ħafna nies jiftakruha fil-passat bil-vuċi ta' Joe Cutajar. Fiha hemm sitt vuċijiet u bl-arranġamenti kollha għamilnieha moderna u adattata aktar għal dan iż-żmien."

Imma kif ingħaqdu Joseph, Kevin, Karl, Andy, Clive, Joseph u Aidan? "Kien sentejn ilu u kienet l-idea ta' Kevin, li ddiskuta l-ħsieb li tiġi ffurmata boy band ma' Glen Vella, li huwa l-għalliem tagħna. Ikkuntattjana kollha u saqsiena jekk irridux ningħaqdu. Għall-bidu konna niltaqgħu darba fil-ġimgħa u issa spiċċajna biex dħalna għall-Malta Eurovision Song Contest."


 "Minħabba li aħna kollha b'età differenti, ħafna drabi kulħadd joħroġ l-idea mill-perspettiva tiegħu.  Għalhekk ħafna drabi ningħaqdu flimkien, nitfgħu l-ideat kollha tagħna, imbagħad immexxu l-ideat 'il quddiem." Fil-fatt, waħda minn dawn l-ideat żviluppat fis-sajf li għadda fejn il-kanzunetta oriġinali tagħhom FireStorm, saħansitra spiċċat fiċ-ċarts tar-radijiet lokali.

It-tim flimkien ma' Avenue Sky ħadem biex il-kanzunetta FTAKAR tkun effettiva u għalhekk ħarġu vidjow mużikali li żgur se nibqgħu NIFTAKRUH.

Biex issir taf iktar fuq Avenue Sky, żur il-paġna tagħhom hawnhekk.

1 comment: