best deal

Wednesday, 6 December 2017

BIL-FILMAT: "Noġġezzjona li ommi jkollha raġel ieħor wara li miet missieri"


Peppi Azzopardi jgħid li f'Xarabank qed jiltaqgħu ma' ħafna anzjani li wliedhom ma jħalluhomx ikollhom relazzjoni intima wara li mitilhom ir-raġel jew il-mara.




"Dan l-aħħar qed naħdmu fuq programm dwar l-anzjani u qed niltaqa' ma' diversi anzjani. Qed ninduna li għalkemm hemm problemi ta' mard, ta' solitudni u ta' biża' li jisraqhom xi ħadd, hemm problema li qatt ma ħsibt fiha biżżejjed u xxukkjatni. Ħafna minn dawn l-anzjani li jmutilhom ir-raġel jew tmutilhom il-mara jiltaqgħu ma' raġel jew ma' mara oħra, u t-tfal jgħidulhom le u li ma jistax ikollhom relazzjoni. Jgħidulhom: 'Xi jigifieri miet il-papà u inti se taqbad ma' xi ħaddieħor?' U jwaqqfuhom milli jkunu kuntenti."

Peppi ma jaqbilx. "Skużawni jiena ma nistax nifhem kif inti tifla jew tifel ta' xi ħadd, u ma tiħux pjaċir tara lil ommok jew lil missierek kuntenti. Mhux talli hekk. Talli twaqqafhom. Trid twaqqafhom probabbli biex inti tkun kuntent u jkollok moħħok mistrieħ, ma jmurx joħodlok jew toħodlok xi ħaġa. L-appella tiegħi huwa lil dawn in-nies: Tagħtux kashom lil dawn it-tfal. Għixu ħajjithom. Jekk sibtu mħabba oħra f'ħajjitkom, morru għaliha. Ħudu gost għax ħajja waħda għandna u ejjew ngħixuha."

No comments:

Post a Comment