Din is-sena ġewwa l-iskola primarja tal-Imqabba, l-għalliema tal-kinder ma qagħdux bi kwiethom b'sempliċment tiżjin tas-soltu.
Minn dan il-filmat, nindunaw li nħoloq 'Xmas Village' żgħir ta' bla ħsieb. Aħna tkellimna ma' Miss Bernice li qaltilna kif is-soltu jżejnu biss il-bibien. "Għall-ewwel kellna l-idea li nibdew billi nżejnu l-bibien, però mbagħad spiċċajna għamilna l-iskola kollha. Qegħdin jidhru t-tfal tal-kinder, iżda ta' min wieħed jgħid illi kien hemm bosta nies li għenu biex dan sar realtà, fosthom il-handymen u l-caretakers. Ir-ritratti li taraw fil-filmat ittieħdu kollha mill-assistant head. L-idea tiegħi u ta' Miss Marlene kienet illi l-ferħ tal-Milied jinqasam ma' kulħadd."
L-istaff tal-iskola primarja tal-Imqabba jixtieq jawguralkom ilkoll Milied hieni.
No comments:
Post a Comment