best deal

Tuesday, 19 December 2017

BIL-FILMAT: X’wieġeb Peppi lil Indri meta staqsieh kif bdiet l-Istrina?


L-Istrina, wieħed mill-iżjed jiem importanti għall-poplu Malti. Imma l-istrina kif bdiet? Min ħareġ bl-idea, u min għamilha possibbli? Minn fejn bdiet?

Fi żmien il-Milied, u allura żmien l-istrina ta' 5 snin ilu, fl-uffiċċju ta' Xarabank, Indri Attard, li dak iż-żmien kien jaħdem ma' Xarabank, staqsa lil Peppi Azzopardi, "Imma l-istrina kif bdiet?"

Ir-risposta ta' Peppi għal Indri kienet, "Mistoqsija tajba, oħroġ hemm barra, staqsi, fittex u agħmel feature dwar kif bdiet l-Istrina". U Indri hekk għamel.

Jekk trid tkun taf l-istorja sħiħa ara l-filmat li kien għamel Indri dwar kif bdiet l-istrina (dan il-feature sar 5 snin ilu):



Din is-sena l-istrina reġgħet magħna. Bħal-lum ġimgħa, l-għada tal-Milied, minn nofsinhar sa nofsilejl. Grazzi talli bħal dejjem se terġgħu tkunu ġenerużi.










No comments:

Post a Comment