Bħal-lum ġimgħa Joe Curmi l-Pusé ġie intervistat mill-BBC, jiem qabel ma miet.
Waqt l-omelja tal-funeral tiegħu, is-Saċerdot stqarr li l-aħħar li ltaqa' mal-Pusé kien bħal-lum ġimgħa. "Ġew xi ġurnalisti minn tal-BBC għax qraw fuq is-servizz ta' tqarbin tal-morda. Huma xtaqu xi ritratti u l-filmati ta' dan is-servizz,u ħadthom għand Joe (il-Pusé) li laqqagħhom ħafna. Kellimhom u meta sar jaf li huma Ingliżi, qagħad jirrakkontalhom fuq meta kien imur fin-Navy."
Jimpressjonaw ruħhom bil-ħeġġa ta' Joe. "Baqgħu sorpriżi fuq l-età tiegħu, imma kienu sorpriżi bil-ħeġġa li kellu fih, ta' kemm iħobb il-ħajja u kemm kien bniedem kuntent. Imma fuq kollox l-aktar ħaġa li laqtithom kienet kemm kien kien iħobb lill-familja tiegħu. Huwa u jirrakkontalhom, qagħad idawwar id-diskors tiegħu fuq il-familja. Kienet il-mimmi tiegħu. Kien ferħana li taha kollox u kien jgħidli: 'Jiena tajthom iktar milli flaħ u jiena kuntent b'dak li tajthom, issa nistenna li jibgħat il-Bambin għalija."
Is-saċerdot waqt l-Omelija stqarr li Joe ngħata premju kbira. "L-isbaħ ħaġa li l-Bambin tah kien li ma batix biex imut, u din kien jitlob ħafna għaliha. Miet ħabta u sabta. Xħin mort id-dar sibt kalma u paċi għax kulħadd kien jaf li huwa kien bniedem twajjeb. Kulħadd jaf li kien bniedem li kien ħaqqu li jistrieħ."

Fil-funeral spikka l-mument ta' ibnu, George, u n-neputi tiegħu li flimkien daqqew il-vjolin, l-istrument assoċjat mal-mużiċist mibki Joe l-Pusé.
No comments:
Post a Comment