best deal

Wednesday, 27 December 2017

Dan ir-raġel jarma l-Bambin tal-Milied ġo tyre ta' vera tal-Formula 1


Xarabank ilu 21 sena jfittex affarijiet mhux tas-soltu, u f'21 sena tista' tgħid rajna kważi kollox. KWAŻI. Għaliex kull darba li niltaqgħu ma' xi ħaġa ġdida nirrealizzaw kemm hawn nies u affarijiet interessanti f'Malta li għadna ma skoprejniehomx!

Dan huwa Bambin armat għall-Milied, imma flok huwa armat ġo maxtura, sidu poġġih ġo tyre ta' karozza tal-Formula 1 u dawru b'ħafna karozzi żgħar Ferrari.

Pierre Vella huwa sid il-Bambin, u huwa wkoll wieħed mill-aktar persuni li jaħdmu bil-qalb favur is-sigurtà fit-toroq tagħna...IMMA huwa wkoll entużjast kbir tal-Formula 1, kif jixhed dan il-Bambin, li issa ilu jarmah fid-dar tiegħu għal dawn l-aħħar 4 snin.

Pierre jarma dan il-Bambin ġo tyre ta' vera ta' karozza tal-Formula 1. "It-tyre ta' vera," spjegalna. "Huwa oriġinali, bir-rim b'kollox, u jista' jitwaħħal ma' karozza tal-Formula 1, imma qatt ma ntuża."

Pierre ilu entużjast kbir tal-Formula 1 sa mis-snin 70, u mhux biss imur jara t-tlielaq tal-Formula 1 b'mod regolari, imma kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' ma' sewwieqa famużi ħafna, bħal Sebastian Vettel u Louis Hamilton.

Pierre huwa supporter kbir tal-Ferrari, u stqarr magħna li dis-sena, il-Ferrari ddiżappuntawh daqsxejn!

"Fil-fatt poġġejt il-Bambin fin-nofs, bil-Ferraris imdawrin miegħu, forsi jberikom u għall-istaġun li jmiss imorru ftit aħjar!" qalilna Pierre bid-daħka.

Pierre Vella huwa parti mit-tim ta' nies fi Transport Malta li jaħdmu favur is-sigurtà fit-toroq tagħna

No comments:

Post a Comment