best deal

Thursday, 21 December 2017

Dawn it-tfal talbuhom jistaqsu xi affarijiet lill-Arċisqof Pawlu Cremona, u spiċċaw ġo ktieb


Ħames mistoqsijiet li staqsew it-tfal spiċċaw fi ktieb ippreżentat lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.


Waqt kunċert li ttella' fil-knisja Kristu Re ta' Raħal Ġdid mill-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii St. Joseph ta' Raħal Ġdid, ġie mniedi il-ktieb Nikber Miegħek. Dan wara li l-iskola fix-xhur li għaddew kull klassi fl-iskola ntalbet tagħmel ħames mistoqsijiet dwar il-fidi u li ġew ukoll mistoqsija lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP.

Dawn il-mistoqsijiet, flimkien ma' oħrajn imressqa minn adulti u anke t-tweġibiet tagħhom ġew ippreżentati f'din il-pubblikazzjoni. Il-kap tal-iskola, Dr Kenneth Vella, qal: "Kif jindika l-isem tal-ktieb, it-tfal qegħdin iressqu mistoqsijiet skont l-età tagħhom u t-tweġibiet tal-Arċisqof qegħdin jgħinuhom jikbru fil-fidi sena wara sena."

"Din l-inizjattiva tikkonferma kemm bħala skola qegħdin nagħmlu minn kollox biex ngħinu lit-tfal tagħna jikbru b'mod sħiħ. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Arċisqof Emeritu Cremona mhux talli sab il-ħin iwieġeb il-mistoqsijiet tagħna iżda anke għax bħala skola fl-aħħar xhur dejjem sibnieh ta' għajnuna u gwida spirtwali. Grazzi wkoll lis-sorijitet tal-komunità ta' St. Joseph, lill-ġenituri u l-benefatturi li għenuna noħorġu din il-pubblikazzjoni u anke lil Kite Publishers tal-pariri tagħhom. Minn dak li qalulna, din hija l-ewwel pubblikazzjoni tat-tip tagħha f'pajjiżna fejn Arċisqof ingħaqad ma' skola fi ħruġ ta' pubblikazzjoni ta' din ix-xorta."

Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Cremona fakkar li l-kuntatt bejnu u l-iskola Mater Boni Consilii beda meta ftit tax-xhur ilu meta l-kap tal-iskola kien stiednu jżur l-iskola għal attività relatat ma' jum l-ambjent u minn dik iż-żjara hu spiċċa jagħmel żjarat oħra f'okkażjonijiet differenti. "L-istedina li għamilli l-kap tal-iskola biex inwieġeb dawn il-mistoqsijiet aċċettajtha minnufih għax ħassejt li minn inizjattiva bħal din joħroġ il-ġid. Bqajt impressjonat ukoll x'tip ta' mistoqsijiet kapaċi joħorġu mit-tfal."



Matul din it-tnedija spikka l-messaġġ tal-okkażjoni li ntbagħat mill-kantant u kompożitur Taljan Amedeo Minghi li mhux biss sellem lill-Arċisqof Cremona iżda anke ta l-awguri tiegħu lil dawk preżenti u feraħ lill-iskola ta' din l-inizjattiva. 

Il-kunċert ittella' taħt id-direzzjoni tal-għalliema tal-mużika Sa. Mary Grech Grech. 

Ritratti: Marouska Pisani Bugeja

1 comment:

  1. Hello Everyone...Do you want to get your ex husband or ex wife back or Are you going through any kind of spiritual attack or affliction...Email dr.gurilarico@gmail. com,...He is the best spiritual doctor to work with and can bring back your Ex-Lover in 48 hours for free...He is always ready to help for free.

    ReplyDelete