best deal

Thursday, 21 December 2017

Dil-magna taf toħorġok minn 'depression'


Il-Malta Community Chest Fund, din il-ġimgħa tat magna lill-isptar li tista' tgħin lin-nies li jbatu mid-depression. Xi kultant il-mediċini ma jkunux biżejjed biex ifejqu persuna mid-depression, u din il-magna tista' tagħti tama ġdida lil dawn in-nies.

Żmien il-Milied jaf ikun ta' niket għal persuni li jbatu mid-depression; filwaqt li qed jaraw lil kulħadd kuntent, huma jafu li suppost qed jiċċelebraw il-Milied, iżda hemm xi ħaġa li mhijiex tħallihom jiddivertu u jkunu ferħana. Filwaqt li ħafna nies bħalissa jkunu impenjati b'ħafna avvenimenti u ċelebrazzjonijiet, hemm min ma jistax jattendi għal dawn il-festini, għaliex id-depression ma tħallihx.

Il-Psikjatra Dr Anton Grech jappella biex il-familjari ma jisfurzawx lil min ibati mid-depression biex jattendi attivitajiet tal-Milied għax tista' ssir ħafna ħsara. Li tħeġġeġ u tagħmel kuraġġ lil dak li jkun huwa importanti, iżda li tisforza persuna tattendi mhuwiex tajjeb.

Fl-Istrina jinġabru fondi biex il-Malta Community Chest Fund Foundation tkun tista' tgħin diversi persuni, b'diversi problemi, fosthom persuni bi problemi ta' saħħa mentali.

Tinsiex, l-Istrina se ssir l-għada tal-Milied, minn nofsinhar sa nofsilejl. Grazzi talli għal darb'oħra se terġgħu tkunu ġenerużi.

No comments:

Post a Comment