best deal

Monday, 4 December 2017

F'sena Angelo Micallef jonqos 42 kilo



Angelo Micallef, kandidant għall-elezzjoni ġenerali f'isem il-Partit Nazzjonalista, naqas 42 kilo f'sena.




Angelo beda d-dieta wara deċiżjoni li ħa f'Diċembru li għadda. "Bdejtha s-sena li għaddiet. Ma nafx għalfejn ridt nagħmilha din il-bidla imma ġejt f'punt fejn għedt aħjar nieħu ħsieb daqsxejn tiegħi nnifsi. Jiena ma nqishiex dieta imma iktar biddla fl-istil ta' ħajja. Għalhekk mort għand Dr Mario Caruana għax ridt inkun iggwidat professjonalment."


Din il-biddla, Angelo ma għamilhiex għall-apparenza. "Jiena ma kellix kwistjonijiet bis-self-esteem u m'għamilthiex minħabba l-apparenza imma biex nieħu ħsieb saħħti, u kien il-mument opportun." Kien hemm mumenti fejn Angelo qata' qalbu. "Għamilt żmien twil ngħid li mhux se jirnexxili u li impossibbli għalija. Però poġġejt moħħi hemm u rnexxieli. Jiġifieri xi kultant li trid tagħmel huwa li tneħħi l-pessimiżmu, tiffoka u tgħid lilek innifsek li se jirnexxilek."


Kif qed iħossu issa? "Bħal dan iż-żmien sena kont niżen 132 kilo u f'sena inqast 42 kilo. Illum inħossni ħafna aħjar. Kulma ma rrid nitla' tela' taraġ u minn hemm diġà nħossha differenza."


Huwa jirringrazzja lill-għarusa tiegħu, Charlene u lil familtha, u lill-ġenituri tiegħu.


Inti għamilt xi biddla redikali din is-sena? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment