Friday, 8 December 2017
Għada għin lill-Istrina billi tirkeb tal-linja
Għada irkeb tal-linja u fl-istess ħin tkun qed tgħin lill-Istrina.
Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, għada se terġa' ssir B'tal-linja għall-Istrina. Permezz ta' din l-inizjattiva, Malta Public Transport se tkun qed tagħti donazzjoni tal-prezz sħiħ li l-passiġġiera jħallsu dakinhar għall-ewwel vjaġġ tagħhom meta jużaw it-talinja card jew meta jixtru biljett mingħand ix-xufier. Dan ifisser li jekk inti tivvjaġġa b'tal-linja għada se tgħin biex jinġabru l-flus għall-karità.
L-Istrina hija okkażjoni nazzjonali li tiġi organizzata kull sena mill-Malta Community Chest Fund Foundation biex jinġabru fondi għall-Maltin u l-Għawdxin li jfittxu l-għajnuna tagħha.
Id-donazjoni se tkun ibbażata direttament fuq l-ammont li jiġi mħallas minn dawk li għandhom talinja cards u n-nurmu ta' biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozzi tal-linja.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment