Saturday, 9 December 2017
"Għamlet abort kontra r-rieda tiegħi"
It-tfajla ta' dan il-ġuvni għamlet abort wara li kienu ilhom jipprovaw biex ikollhom it-tfal.
"Jiena ltqajt ma' din il-mara. Qbadna noħorġu flimkien. Bdejna mmorru tajjeb flimkien. Sifirna anke flimkien. Qbadna nitkellmu fuq tfal u iktar ma beda jgħaddi żmien iktar beda jsir serju l-argument. Tibgħatli vidjows ta' tfal, nitkellmu fuq l-ismijiet u fuq x'tip ta' ħajja rrid ikollna. U qbadna nipprovaw biex ikollna tfal. Għadda ftit taż-żmien u bdiet tieħu vitamini tal-fertilità biex tgħin għax konna qed nippjanaw għat-tfal. U fl-aħħar inqabdet tqila. Tant ma kienx żball li bdiet il-vitamini għall-fertilità biex tinqbad tqila. Meta sirna nafu li hi tqila, għall-bidu jiena kont veru ferħan wara li tkun ilek tipprova."
Hi kienet ferħana li nqabdet tqila imma wara taħseb biex tagħmel abort. "Hi kienet ferħana imma bdejt ninnota ċertu konfużjoni li nifhimha għax hi storja li tbiddillek ħajtek. Qabdet tkellimni li mhux il-waqt u li qed taħseb li tagħmel abort. Jiena ħassejt weġgħa kbira dak il-ħin. Bdiet tħoss il-biżgħat kollha li ħajjitha ħa tmur down the drain. Kull persuna li kellha t-tfal, taf li mhuwiex il-każ."
Jipprova biex iwaqqafha milli tagħmlu. "Bil-ħolm li kellna qabel bdejt nipprova ngħinha tara li dawn huma affarijiet li kollha ngħaddu minnhom u nistgħu nirbħulhom. F'daqqa waħda dan inbidel kollox. Ir-rieda tiegħi li nkomplu l-ħolma tagħna, qabdet taraha mill-aspett li jien qisni qed nipprova nikkontrollaha u nimmanipulaha. Dik lili kissritni kompletament. Il-ħaġa kerha hi li n-nies kollha ta' madwarha, bil-kultura li għandna dan iż-żmien, kollha ħeġġewha. Ipprovajt inwaqqafha u minn kollox ipprovajt. Offrejt li neħodilha l-kustodja tat-tifel u li hi tista' tinsa kollox, tista' tkompli tgħix ħajjitha u anke offrejtilha li t-tarbija żżommha hi u ma jkollhiex taqsam miegħi, għedt forsi jiena l-problema. Kull ħaġa li bdejt ngħid, bdiet taraha li qed ngħidha biex nipprova nikkontrollaha."
L-abort isir. "L-abort ġara. Jien ma stajt nitkellem xejn iktar. Għandha dritt li tiddeċiedi hi imma xi ħaġa li lanqas ħadd mhu qed jgħidha hija li jiena għaddejt minn tbatija li xorta nħoss li kienet parti minni. Okay kulma hi żerriegħa. Fair enough nifhmu dak il-punt. Imma fl-istess ħin żerriegħa li kienet parti minni u minnha. Jiġifieri kellha sinifikat u ma kinitx fetu kif jipprovaw jgħidu. Minn hemm qabad ġej ħolm ikrah ħafna u nqum b'qalbi tħabbat ħafna.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment