best deal

Saturday, 30 December 2017

Il-Hooligan jirritorna...b'kanzunetta forma ta' talba lill-Mulej


M'għadux jismu Hooligan...sar il-Hooli, imma għadu l-istess rapper oriġinali li Malta kollha ħabbitu meta ħareġ l-ewwel CD tiegħu!

Issa ħareġ kanzunetta b'tema li forsi l-inqas stennejnieh li jkanta dwarha - talba lill-Mulej.

Il-kanzunetta jisimha "Mument ta' Skiet" u hija forma ta' talba li l-Hooli jgħid lil Alla. Fil-kanzunetta jitkellem u jargumenta ma' Alla dwar il-ferħ li mhux dejjem jirnexxielu jsib f'ħajtu.

"Missier li inti fis-smewwiet, żomm idejk fuqi, begħdni mill-inkwiet," ikanta l-Hooli u jistqarr li għalkemm jafuh ħafna nies u għamel is-suċċess li ħafna nies joħolmu li xi darba jaslu li jagħmlu, xorta mhux dejjem iħossu ferħan, u jammetti li jitlob, u għalkemm ġieli "waħħal f'Alla" f'mumenti diffiċli, xorta jmur jiġri għandu meta jħossu mgħaffeġ.

Il-kanzunetta tispiċċa bil-kelmiet: "Ma narakx imma naf li qiegħed hemm, bħal kull talba din nagħlaqha billi ngħid 'Ammen'."

Il-kanzunetta kitibha flimkien mal-kompożitur Elton Zarb tista' tismagħha u tara l-music video tagħhha hawn:


Mhuwiex xi sigriet li l-Hooli għadda minn ħafna tbatija f'ħajtu. Ftit xhur ilu, f'Xarabank konna wrejna intervista li għamilna miegħu fil-karozza, u fiha rrakkonta fost l-oħrajn kif għadda minn ħafna bullying u għex fil-faqar, sakemm darba waħda kien hemm mara li semgħet kanzunetta li kiteb, u ħeġġitu biex ikompli jikteb, u minn hemm sar fenomenu kbir f'Malta u sar wieħed mill-aktar artisti Maltin li qatt biegħu CDs.

Tista' tara dik l-intervista li konna għamilna miegħu fil-karozza hawn:

 

No comments:

Post a Comment