Thursday, 21 December 2017
Il-verżjoni "Perfetta" ta' dawn iż-żewġ artisti żgħażagħ Maltin se tagħmillek il-vaganzi tal-Milied aħjar
Iż-żewġ artisti żgħażagħ Gaia u Kevin Paul ħarġu video bil-verżjoni tagħhom ta' Perfect - il-kanzunetta ta' Ed Sheeran li wara li ħarġet ftit aktar minn xahar ilu, kisbet popolarità enormi u diġa għandha 320 miljun view fuq Youtube.
Fil-video, Kevin idoqq verżjoni akustika tal-kanzunetta bil-kitarra u jkanta ma' Gaia, u meta tismagħhom tibda taħseb li l-vuċijiet tagħhom inħolqu apposta biex isibu lil xulxin u jkantaw flimkien.
"Jien u Gaia naħdmu ħafna flimkien, u bejn impenn u ieħor inħobbu nintefgħu f'rokna ndoqqu u nkantaw," spjegalna Kevin. "Huwa l-mod tagħna ta' kif nikkreaw mużika ġenwina u awtentika ħafna, għax ħafna drabi tiġri bla ħsieb."
Dal-aħħar it-tnejn kienu qed jisimgħu din il-kanzunetta, u qabdu jdoqquha flimkien. U ddeċidew li jiffilmjawha u jippostjawha fuq Facebook...u s'issa għandha 90,000 view! Tista' tismagħha hawn:
Kevin u Gaia bħalissa qed jieħdu sehem fil-pantomima Frowżinn, li qed tittella' fl-Istitut Kattoliku fil-ġranet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
THE BEST... BOTH HAVE PASSION FOR MUSIC
ReplyDelete