best deal

Wednesday, 6 December 2017

Ir-Reġina tagħti premju lil din it-tfajla Maltija



Ċemplulha minn Buckingham Palace.

Din Martina Caruana. It-tfajla Maltija se tiġi ppremjata bi premju talli tat kontribut fil-liġi internazzjonali, fid-drittijiet umani u fl-ugwaljanza bejn is-sessi. Barra minn hekk Martina kienet mexxiet l-esebizzjoni b'100 ritratt ta' nisa Maltin differenti li jirrakkontaw ħajjithom. Dan il-premju qed jingħata lil żgħażagħ minn pajjiżi tal-Commonwealth għall-inizjattiva li jkunu ħadu biex itejbu l-ħajja ta' oħrajn.

"F'Marzu li għadda, flimkien ma' oħrajn, waqqaft l-NGO Network of Young Women Leader. F'Awwissu għamilna l-ikbar proġett li qatt għamilna s'issa; l-Artemisia 100 Remarkable Women. Waħħalna 100 ritratt ta' 100 nisa differenti biex nuru lit-tfajliet il-modi differenti ta' kif jistgħu jsibu s-suċċess, minkejja l-isfidi u l-esperjenzi li n-nisa jħabbtu wiċċhom magħhom."




Il-ġimgħa l-oħra, Martina tirċievi telefonata minn Buckingham Palace. "Ma stajtx nemmen xħin ċempluli u qaluli li minn Buckingham Palace. Iktar u iktar meta dik il-ġimgħa stess il-Prinċep Harry ħabbar li se jiżżewweġ. Lanqas stajt nemmen u ħallewni bla kliem."

Martina hi l-unika tfajla Maltija li se tiltaqa' mar-Reġina f'Ġunju li ġej. "Ninsab ħerqana. Qed nistenna li dan il-premju ma jkunx biss ta' benefiċċju fil-ħajja personali u professjonali tiegħi, imma jkun ta' gwadann għas-soċjetà. Dan ħa jgħinni biex ngħin iżjed f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet umani u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Wara kollox l-iktar ħaġa li tagħmillni kuntenta hija li fl-aħħar mill-aħħar intejjeb il-ħajja tan-nies u nagħmel differenza."

Martina twassal messaġġ. "Dejjem emmen fik innifsek u fix-xogħol li qed tagħmel. Meta tagħmel ix-xogħol tiegħek tagħmlux biex togħġob lin-nies. Imma ara li qalbek qiegħed fix-xogħol li qed tagħmel u ta' dan ikollok riżultat."

No comments:

Post a Comment