
"Ziju, inti taf li d-daddy se jsiefer għal ħafna jiem biex iġibilna l-flus? U fil-Milied mhux se jiftaħ ir-rigali magħna."
Dan huwa l-kliem li ħareġ minn fomm żewġt itfal. Kliem li għadu jidwi f'widnejn iz-ziju tagħhom Darren*. Issa għadda kważi iktar minn ħmistax minn meta l-missier ta' dawn iż-żewġt itfal, Mark*, qiegħed il-ħabs għal 4 xhur wara 10 snin jistenna.
Darren jirrakkontalna kif Mark meta kellu 23 sena nqabad bid-droga. "Mark kien inqabad fil-pussess ta' biċċa pjanta tal-Cannbis, LSD u Amphet. Kien għaddieha lil persuna oħra, rawh il-Pulizija u arrestawh."
Dan seħħ fl-2007, għaxar snin ilu u matulhom Mark jirriforma ruħu. "F'dawn l-għaxar snin qatt ma reġa' xellef difrejh mal-ġustizzja. Sar raġel eżemplari, involut fil-komunità u jgħin lil kulħadd. Mark iżżewweġ, sar raġel tal-familja eżemplari, kellhom it-tfal, u ma' martu rabba żewġ ulied."
Il-ħajja feliċi ta' din il-familja, tinbidel mil-lejl għal nhar f'Ottubru li għadda. "Fit-18 ta' Ottubru huwa ġie kkundannat 4 xhur ħabs u daħal f'Novembru li għadda. Ma nistax ninsa meta hu u oħti xħin semgħu s-sentenza bkew għax raw li d-dinja li bnew flimkien taqa' fuqhom. Imma iktar minn hekk, ma nistax ninsa kif ħaduha n-neputijiet meta għednielhom li missierhom se jkollu jmur bl-ajruplan jaħdem 'il bogħod biex iġib il-flus."
Darren jistaqsi ħafna mistoqsijet. "X'jibqa' minnek meta tara familja qed tikkrolla hekk? Meta nara lil ommi maħkuma minn dipressjoni għal dak li ġralha bintha? X'jibqa' minnek meta jiġru n-neputijiet fuqek u f'bikja waħda jgħidulek, 'Ziju, inti taf li d-daddy se jsiefer għal ħafna days biex iġibilna l-flus? Imma aħna lilu rridu u mhux il-flus. U fil-Christmas mhux se jiftaħ il-presents magħna.''
Jitkellem fuq is-sistema ġudizzjarja. "Iva veru, dan ir-raġel żbalja f'żgħożitu. Imma għalfejn qed ipatti issa wara 10 snin? Għalfejn qiegħed il-ħabs bjiex jirriforma ruħu meta dan ir-raġel m'għandux bżonn jirriforma ruħu? X'se tkun tagħtu s-sistema u s-soċjetà? Tuh ħidma fil-komunità, mela sentenza ta' ħabs!"
Darren lest li jbiddel postu ma' Mark. "Nagħżel li nkun hemm jiena l-ħabs minfloku għax jien m'għandi xejn x'nitlef mhux bħalu. Nagħżel li mmur jien, basta ma narax lin-neputijiet ikomplu jbatu.
Għal Milied Mark mhux se jara lil uliedu. "Għal Milied lanqas iridu jibgħatuh għax milux hemm ġew 6 xhur. Din veru kiefra għax huwa qed jimmissja lit-tfal u għall-ġurnata tal-Milied mhux se jħalluh jara lill-familja, anke akkumpanjat."
Bħalissa Xarabank qed jinvestiga storja simili, l-istorja ta' William. William li wara 10 snin clean mid-droga u 14-il sena jistenna, se jeħel il-ħabs.
*L-ismijiet huma ivvintati biex nipproteġu l-identita' tagħhom.
F'kazijiet bhal dawn ma jaghmel l-ebda sens li tibghat lil xi hadd il-habs, umbaghad ghal 4 xhur, li minhabba fihom jaf fost l-ohrajn jitlef ix-xoghol. Il-gustizzja trid issir izda mhux hekk.
ReplyDeleteOFFERTA TA 'SELF!
ReplyDeleteAħna servizz ta 'self Stephen Williams Nipprovdu kemm finanzjament ta' self fit-tul kif ukoll għal żmien qasir. Noffru self sigur u kunfidenzjali b'rata ta 'imgħax baxxa ħafna ta' 2% fis-sena, Self personali, Debt Consolidation Loan, Venture Capital, Business Loan, Self Korporattiv, Self Edukattiv, Home Loan u Self għal kwalunkwe raġuni!
Aħna l-alternattiva affidabbli għall-finanzjament bankarju, u l-proċess ta 'applikazzjoni tagħna huwa sempliċi u dritta. Is-self jvarja minn $ 5,000.00 sa $ 25,000,000.00. (Ħamsa u Għoxrin Miljun Dollaru). Informazzjoni Addizzjonali: Aħna qed naqsmu malajr l-għażla ta 'self privata, diskreta, u orjentata lejn is-self għal self ġenerali. Aħna l-kumpanija li nbiddlu meta s-sorsi ta 'self tradizzjonali jonqsu.
Jekk int interessat, ikkuntatjana b'informazzjoni hawn taħt Email, stephenswillsloan@gmail.com
Tislijiet,
Is-Sur Stephen Williams,
Kap, Dipartiment tal-Applikazzjoni ta 'Self,
STEPHEN WILLIAMS SELF SERVIZZ,
Email: stephenswillsloan@gmail.com
Twiiter: @ stephenswillsl1
Instagram: stephenswillsloan