best deal

Friday, 22 December 2017

Jekk ma tħobbx il-Mince Pies u l-Christmas logs, taqrax dan l-artiklu


Mince pies u Christmas logs. Żewġ deżerti popolari sew mal-Maltin għal dan iż-żmien. Hawnhekk ġbarna ftit kurżitajiet dwarhom it-tnejn, u mingħajr ma noqogħdu nduru mal-lewża rridu ngħidulek li dan l-artiklu qed niktbuh biex inqabbduk l-aptit għalihom!

Il-Christmas Log tal-Milied huwa differenti mill-yule log li huwa l-log tradizzjonali tal-Belġju, Franza u Svizzera. Il-Christmas Log Malti jixbah iktar id-deżerta Taljana u Portugiża, li għandu dehra ta' salami taċ-ċikkulata. Dawn isiru ftit ġimgħat biss qabel il-Milied u jkunu ta' daqs bejn wieħed u ieħor ta' 25 ċentimentru.

U kont taf li l-mince pies kienu jinkludu kapuljat tal-laħam imħallat ma' frott, alkoħol u ħwawar biex jgħin lil dawn it-torti jiġu ppreservati?

Matul iż-żmien però saru diversi tibdiliet biex dawn ġew iktar ħelwin iżda żammew l-istess isem. Il-kannella, l-imsiemer tal-qronfol u n-noċemuskata ġew inklużi biex jirrappreżentaw ir-rigali mogħtija lil Ġesù mit-tliet reijiet tal-Lvant.

Skont it-tradizzjoni, meta tiekol l-ewwel mince pie tal-istaġun, trid tagħmel xewqa. Jekk għalik huwa daqsxejn tard, żommha f’moħħok għas-sena d-dieħla.

Apparentament, jekk tiekol mince pie kuljum matul it-tnax-il jum tal-Milied, iġġib xorti tajba għas-sena li ġejja. Din idea tajba ħafna! U allura jekk tikkombina dawn it-tnejn flimkien?

U issa, wara li pruvajna nqabbduk l-aptit għall-Christmas logs u l-Mince pies, irridu ngħidulek li Gino's Cakes and Crumbs għandu pakkett ideali għalik għax iżewwaqhom it-tnejn li huma! Ejja, x'int tistenna! Itfagħlu messaġġ fl-inbox biex idduqhom.

No comments:

Post a Comment