Friday, 22 December 2017
Jekk se tkun il-Belt lejlet il-Milied, se ssib il-Pulizija jdoqqu!
Kont taf li l-Korp tal-Pulizija ta' Malta għandu banda? U kont taf li jagħmlu kunċerti kbar kull sena?
Għal sena oħra, il-banda tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta se ttella' l-kunċert annwali tal-Milied fi Pjazza Teatru Rjal (it-teatru l-imwaqqa'), għada, Lejlet il-Milied.
Dan huwa kunċert li jsir kull sena u din is-sena se jkun jismu "Winter Wonderland." Se jibda fis-6:30pm u fost l-oħrajn se jieħdu sehem fih il-kantanti stabbiliti Dorothy Bezzina, Neville Refalo, Roger Tirazona, Paul Zammit u Jan Camilleri.
U jekk dawk mhumiex biżżejjed, il-kunċert se jippreżentawh Frank Zammit, Valerie Vella u Christine Dalli. Imexxi s-surmast u supretendent Anthony Cassar.
Id-dħul huwa kollu b'xejn, imma d-donazzjonijiet kollha se jmorru għall-Istrina. Għalhekk, jekk se tidħol il-Belt lejlet il-Milied, mur ittawlilhom!
Ritratt tal-faċċata: timesofmalta.com
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment