Wednesday, 13 December 2017
Jekk tiekol din il-burger tkun qed tgħin lill-Istrina
Sħabu li mardu bil-kanċer iwasslu lil Daniel ta' Shoreditch biex jagħmel burger għall-Istrina.
Daniel jagħmel il-burger tal-Istrina wara li kien għamel ta' Xarabank. "Iktar kmieni din is-sena konna għamilna x-Xarabank Burger u kienet għamlet hit. Minħabba li nħobb ngħin lin-nies, xtaqt nagħmel oħra għaliex li tgħin lil ħaddieħor hija xi ħaġa importanti. Nixtieq li minn din l-inizjattiva, restoranti oħra jieħdu eżempju minna."
Imma jkunu l-ħbieb tiegħu li mardu li wassluh għal din il-burger. "Kien hemm ħbieb tiegħi li kienu għaddew mill-marda tal-kanċer. Rajt b'għajnejja kemm ibatu dawn in-nies u grazzi għall-għajnuna tal-Istrina u tan-nies, illum il-ġurnata fiqu. Fost dawn il-ħbieb, hemm Clint Abela Wedge. Però, sfortunament tlift anke ħbieb li mietu bil-kanċer. Għalhekk ħassejt il-bżonn li nagħmel din il-burger."
X'fiha din il-burger? "L-ingredjenti li fiha huma sempliċi ħafna. Fiha mushrooms, bacon u ġobon, fost oħrajn. Ridt nagħmel burger li tintgħoġob minn kulħadd."
Għalfejn għandek tipprovaha? "Għandek tikolha għax tajba u waqt li tkun qed tikolha jkollok is-sodisfazzjoni li qed tgħin lil ħaddieħor."
50% mill-qliegħ ta' kull burger ħa jmorru għall-Istrina. Tinsiex, 26 ta' Diċembru, l-Istrina, l-għada tal-Milied. #jiena
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment