best deal

Wednesday, 6 December 2017

Jisirqulhom ir-rigali tal-Milied u kamera bir-ritratti tat-tarbija li għadha kemm titwieled


"L-iktar ħaġa li nixtiequ hi l-kamera għax fiha r-ritratti tat-tarbija ta' oħti li għadha kemm titwieled."



Dan huwa kliem ta' mara li t-Tnejn li għadda daħlu jisirqu fid-dar t'ommha. "It-Tnejn filgħodu, għand ommi kien hemm binti, oħti u t-tarbija tagħha. Filwaqt li huma kienu għadhom reqdin, ir-raġel t'oħti u missieri kienu diġà ħarġu mid-dar. Ċempiltilhom biex nara kif inhi t-tifla. L-ewwel kellimt lilha u wara lil ommi. Jiena u nkellem lil ommi, it-tifla niżlet isfel u indunat li r-rigali li kien hemm taħt is-siġra tal-Milied ma kinux hemm. Telgħet tgħid lil ommi u saqsietha fejn huma, u meta niżlu t-tnejn li huma isfel indunaw li kienu daħlulhom god-dar mit-tieqa ta' barra."

Minbarra xi rigali, insterqet ukoll kamera li fiha ritratti prezzjużi. "Ħadu xi rigali tal-Milied, xi flus u kamera tar-ritratti. L-iktar ħaġa devażtanti hi li b'dik il-kamera, ir-raġel t'oħti ħa r-ritratti tal-magħmudija tal-ħbieb tiegħu u issa m'għandhomx ritratt wieħed ta' din l-okkażjoni speċjali. Anke ritratti tat-tarbija tiegħu li għadha kemm titwieled hemm fil-kamera."

Ittemm tgħid: "L-iktar ħaġa li nixtiequ hi l-kamera għax l-affarijiet l-oħra jmorru u jiġu. F'din il-kamera hemm valur sentimentali ħafna."


Jekk tiġi f'idek din il-kamera jew dan il-baskett bl-affarijiet msemmija f'din il-post t'hawn taht, ċemplilna fuq 21249200.


No comments:

Post a Comment