best deal

Wednesday, 13 December 2017

Jitlob lill-President teħilsu mill-arrest


Christopher Bartolo, li bħalissa jinsab arrestat u għandu problemi serji fil-kliewi, talab lill-President ta' Malta biex jingħata l-ħelsien mill-arrest sakemm tinqata' l-kawża tal-appell.

Xarabank ilu jsegwi l-każ ta' Christoper għal dawn l-aħħar snin. F'April li għadda Christopher ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs wara li ammetta li ttraffika l-kannabis meta huwa kien qed jagħmel użu minnha biex itaffi mill-uġigħ, uġigħ li skontu ma kienx jittaffa mill-pilloli li kienu qed jagħtuh.
F'Novembru li għadda, il-Qorti Kostituzzjoni sabet li billi ċaħdet lis-Sur Bartolo aċċess għal avukat waqt interrogazzjoni, il-Pulizija kienet kisret id-dritt tiegħu għal smigħ xieraq. 
Għalhekk, Christopher talab l-intervent tal-President, permezz tal-avukati tiegħu, biex tagħtih il-ħelsien mill-arrest taħt il-kundizzjonijiet mitluba.
Aħna tkellimna ma' Dr Franco Debono, l-avukat tiegħu, li qalilna hekk: "Jekk se jibqa' arrestat, prattikament se jkun qed jiġi mċaħħad mid-dritt t'appell peress illi anke jekk il-Qorti tal-Appell tiddeċiedi li tnaqqas il-piena jew tneħħi kompletament l-piena ta' ħabs, jew il-Qorti Kostituzzjonali tikkonferma l-ordni ta' re-trial, dan ikun superfluwu peress li jkun diġà skonta l-piena jew parti sostanzjali minnha u dan oltre kunsiderazzjonijiet dwar stat ta' saħħtu li huwa prekarju."

No comments:

Post a Comment