Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu tkellem fuq l-istorja ta’ William u qal li “storja bħal din ma tħallinix norqod”. William ilu 10 snin clean mid-droga u li fi żmien ġimgħa se jkun qed jeħel madwar sitt snin. Din l-istorja li bdiet ġimagħtejn ilu f’Xarabank u kompliet nhar il-Ġimgħa wriet lil William, illum irriformat, mhux biss mid-droga iżda anke qata’ s-sigaretti u l-alkoħol għalkollox.
Il-Prim Ministru spjega li bil-liġi l-ġdida li daħħal il-Ministru Owen Bonnici, din il-ġimgħa stess tat ċans lil persuna oħra akkużata bi traffikar li iżda rriformat u ma bagħtitux il-ħabs. Il-Prim Ministru spjega kif fil-każ ta’ William, it-traffikar kien sar ħdejn skola u allura l-liġi ma tkomprix din l-eventwalità u William ikollu jispiċċa l-ħabs. Sostna iżda li skont ma jirriżulta, William inqabad iġorr il-pakkett is-Sibt fejn it-tfal ma jkunux l-iskola. Il-Prim Ministru staqsa: “Allura x’se nagħmlu f’każ bħal dan?” Huwa qal illi huwa każ bħal ta’ William li ma jħallihx jorqod billejl u jħoss li trid issir xi ħaġa dwarha.
Mitlub jikkummenta Peppi Azzopardi qal li fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru wera kuraġġ li jkomplu fuq issue li mhux bilfors tagħmlek popolari iżda li twettaq ġustizzja. “Issa nappella lill-Prim Ministru u lill-Ministru Owen Bonnici biex b’urġenza jbiddlu l-liġi biex William u oħrajn bħalu li rriformaw kompletament ma jidħlux il-ħabs. Jien qed nissuġġerixxi li William jeħel sentenza ta’ 10 snin f’xogħol komunitarju billi a) Iwiegħed li jagħti l-urina meta mitlub b) jieħu kors fil-pedagoġija 3) Li għal għaxar snin, darbtejn fil-ġimgħa jmur ġo skola differenti jirrakkonta kif id-droga tkissrek u twassalek għall-mewt.
Il-Prim Ministru rrikonoxxa is-sehem tad-deputat Laburista Rosanne Cutajar li tkelmet fil-Parlament u anke f'Xarabank dwar din l-issue.
No comments:
Post a Comment