Saturday, 9 December 2017
"Marti rrappurtatni li qed nabbuża sesswalment minn binti"
Mart dan ir-raġel irrappurtatu ħabta u sabta li qed jabbuża sesswalment mit-tifla.
F'Xarabank, Vince jirrakkonta kif kien miżżewweġ ma' mara, li llum hija l-eksmara tiegħu, kellhom tifla, imma ż-żwieġ ma kienx sejjer tajjeb, u sseparaw. L-eksmara tiegħu tirrappurtah li qed jabbuża sesswalment mit-tifla.
"Din hija gidba mill-bidu tal-aħħar. Noqgħod għall-iskrutnju kollu li hemm bżonn għax din hija gidba. Ma jistgħu jsibu xejn għax m'għamilt xejn. U m'iniex inkwetat."
Waħda mill-akkużi hi li huwa kien jinħasel mat-tifla. "Kollha nkunu għarwenin quddiem xulxin id-dar. Kellna dik il-kultura u l-mara qatt ma skandalizzat ruħha qabel."
Din il-ħaġa tkisser lil Vince. "Tkissirni ħafna. Spiċċajt bl-anti-depressants. U għadni mkisser sal-lum. Għax tradietni mara li ħabbejt. Immissjajt ħafna lit-tifla għax għamilt żmien twil ma nistax naraha u l-aktar ħaġa li weġġgħetni kienet li t-tifla għamlulha l-ħsara, għax kellha toqgħod tigdeb fuqi quddiem il-Pulizija."
Vince għaddej minn investigazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk din l-istorja hijiex vera. Sadanittant, persuni mill-Appoġġ qed imorru għall-għarrieda għand Vince meta jkun mat-tifla biex jinvestigaw. U għandna rapport f'idejna li juri ċar li minn dak li sabu s'issa, jidher ċar li Vince mhuwiex persuna li jabbuża mit-tifla.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment