best deal

Friday, 8 December 2017

"Meta taħfer tħossok frisk" - Katriel


Katriel jgħid li meta jiġi bbulljat, jaħfirlhom għax iħossu kuntent u frisk.


X'jismek? Katriel Zahra. 

Kif inti? "Mhux ħażin s'issa. Ħa ngħiduha hekk. Ħeq nimxi pass pass."

X'għandek? "Lupus CQ Deficient 1. Jgħidulha Lupus għax il-lupu jkollu l-ġuħ jattakka. Issa tiegħi jattakka ġewwa, l-intern. U ta' tliet snin tatni puplesija. Ma bdejtx nimxi u ma bdejtx nitkellem."

Xi ġralek fi snienek? "Il-mikrobi ġo ħalqi mhumiex tajbin għax jista' jkolli ħafna infezzjonijiet. Imbagħad kellhom joperawni u kellhom ineħħuli snieni kollha."

Issa kif tħossok? "Ħeq naqra diffiċli biex niekol u biex nitkellem."

Inti lil Ġesù tgħidlu għaliex jiena? "Le jien ngħid aħjar jiena milli ħaddieħor. Dejjem hekk ngħidlu. Għax jiena naf niġġildilha u forsi hawn min ma jafx. Jiena meta nkun imdejjaq, inkun muġugħ jew hekk iktar nagħmel biex jiena nkun fuq saqajja. Ikolli mumenti fejn ikolli bżonn lil xi ħadd, mhux ma jkolli bżonn lil ħadd."

Lil min l-aktar ikollok bżonn? "Lill-mummy għaliex għalija kollox. Ngħidilha li kieku ma kontx inti, kieku mhux qiegħed hawn. Mhux għax id-daddy u l-familjari l-oħra mhumiex imma l-mummy naħseb għandha xi ħaġa għalija. Dejjem ngħidilha, 'Inti l-anġlu tiegħi'. Meta waqgħetli xagħri, hi kienet tgħinni. Mhux qed ngħid lid-daddy ma jgħinnix ta imma hi tagħmilli kuraġġ biex tgħidlia, 'Ka, imxi. Inti tifel bħall-oħrajn.' Anke l-iskola ma ridtx immur għax b'xagħri mwaqqa'. Tkellmet għalija biex noqgħod bil-beritta jew b'skufja."

Ħadtha bi kbira li waqagħlek xagħrek? "Ħafna. Jiena la nikber nixtieq insir hairdresser. Għedt: 'Jien kif ħa nkampa bla xagħar?" Għedt: 'Issa hawn il-parrokki u nixtri waħda', bdejt sejjer. Tkun rieqed u mal-imħadda ssib il-biċċiet tax-xagħar. Għedt li jekk ma jitlagħlix, ma nagħmilhiex il-griżma, għax nistħi bla xagħar. Qisu Ġesù qalli: 'Inti ħa tagħmilha żgur.' Għax ħassejtu. Jgħidli biex ma naqtax qalbi u din il-kelma li ndaħħal ġo widnejja."

Hairdresser tixtieq issir la tikber? "La nikber ikolli ħanut tiegħi tax-xagħar u nixtieq nikber, niżżewweġ u jkolli t-tfal u ma jkollhomx bħalma għandi jien. Jekk inkun naf li jista' jkollhom bħali, ma dakx. Żgur li le. Għax naf minn xiex ngħaddi jiena. Inkun muġugħ bl-għadam għax għandi l-artrite. Ġieli jiġu mumenti koroh u nkun irrid nibki."

Ġieli bżajt? "Eħe meta għamilt l-operazzjoni ta' ħalqi. Smajt persuna li qaltli li nista' mmut bil-loppju. U bdejt sejjer, 'Mhux ħa nagħmilha.' U ara issa għamiltha u għadni hawn. Dawn il-mumenti jmorru mal-oħrajn. Kulħadd irid imut. Jien l-aqwa ma mmutx issa u mmut la nikber. Jekk immut issa mhux se nagħmilhom l-affarijiet li nixtieq."

Għandek ħutek? "Jiena niswa għal tnejn b'li għandi. Mediċina u creams. Kollox irid ikun. Ikollna tifla jew tifel kif ħa tmantnihom. Mhux ma tmatnihomx imma jiena għandi ħafna spejjeż. Ġieli naqla' xi ħaġa, infaddalha biex jekk ikollna bżonn xi ħaġa nixtruhom minnha. Il-mummy tgħidli aħjar ma jkollix x'niekol jiena u jkolli biex nagħti lilek ħalli narak b'saħħtek u kuntent."

Inti kont għaddejt minn bullying? "Jien għaddejt minn bullying ħafna mhux ftit. Jgħajruni li jien qasir u li qisni papru. Għax ikolli naqra ħalqi juġagħni jgħiduli li ma nafx nitkellem. Naħfrilhom imma l-weġgħa hemm tkun. Ġesù jgħid: 'Aħjar taħfer milli tagħmel affarijiet ħżiena biex tweġġa' lil min weġġgħek. Jekk trid weġġgħani, imma jien xorta nibqa' naħfirlek. U jekk taħfer, tħossok kuntent u  frisk li għaddejt minn ħafna. Inħossni kuntent li għent u ħfirt. Mhux noqgħod inżomm ġo fija u ma ngħin lil ħadd u ma naħfer lil ħadd."

Xi jdejqek hawn Malta? "Ġieli niġġieled għax it-tfal somor jgħajruhom u jiena nħobbhom. Dawn tfal jew persuni bħal ħaddieħor. Jekk jiġu jgħidluli kemm jien abjad, nieħu għalija. Jekk tgħidlu: "Kemm inti ismar", jieħu għalih. 

Meta tisma' kontra l-immigranti xi tħoss? "Neħodha ġo fija għax nies bħal ħaddieħor. Tħallihom jegħrqu? Uwejja. Anke narahom jivvjaġġaw fuq it-televiżjoni nitħassarhom, aħseb u ara jegħrqu. 

Intom kontu trabbu xi refjuġati hux? "Konna nġibu tifel u tifla. Aħna konna nżommuhom ġimgħa magħna u s-Sibt u l-Ħadd kienet tiġi għalihom ommhom. Konna ġibniehom meta kont għadni żgħir ħafna. Il-mummy kienet tgħidli li se tixtrili xi ħaġa u kont ngħidilha tixtrix għalija imma ixtri għal dan it-tifel. Ngħidilha li jien għandi. Ġie għandna jiġifieri bi flokk imqatta' u qalziet imqatta'. Xejn ma kellu. Fi Frar bi flokk imqaċċat. Jiena kelli ħwejjeġ u affarijiet. Għedtilha biex tixtri għalih."

Tinsiex. 26 ta' Diċembru, l-Istrina, l-għada tal-Milied. 

1 comment:

  1. OFFERTA TA 'SELF!

    Aħna servizz ta 'self Stephen Williams Nipprovdu kemm finanzjament ta' self fit-tul kif ukoll għal żmien qasir. Noffru self sigur u kunfidenzjali b'rata ta 'imgħax baxxa ħafna ta' 2% fis-sena, Self personali, Debt Consolidation Loan, Venture Capital, Business Loan, Self Korporattiv, Self Edukattiv, Home Loan u Self għal kwalunkwe raġuni!

    Aħna l-alternattiva affidabbli għall-finanzjament bankarju, u l-proċess ta 'applikazzjoni tagħna huwa sempliċi u dritta. Is-self jvarja minn $ 5,000.00 sa $ 25,000,000.00. (Ħamsa u Għoxrin Miljun Dollaru). Informazzjoni Addizzjonali: Aħna qed naqsmu malajr l-għażla ta 'self privata, diskreta, u orjentata lejn is-self għal self ġenerali. Aħna l-kumpanija li nbiddlu meta s-sorsi ta 'self tradizzjonali jonqsu.

    Jekk int interessat, ikkuntatjana b'informazzjoni hawn taħt Email, stephenswillsloan@gmail.com

    Tislijiet,
    Is-Sur Stephen Williams,
    Kap, Dipartiment tal-Applikazzjoni ta 'Self,
    STEPHEN WILLIAMS SELF SERVIZZ,
    Email: stephenswillsloan@gmail.com
    Twiiter: @ stephenswillsl1
    Instagram: stephenswillsloan

    ReplyDelete