Antida Apap tgħidilna li minn ġot-tieqa bdew jaraw ħafna karozzi tal-pulizija u ambulanzi għaddejjin.
Ftit sigħat ilu, raġel ġie arrestat wara li seħħet splużjoni fi stazzjoni tat-trasport pubbliku ġewwa New York. 4 persuni sfaw midruba u aktarx anke s-suspettat indarab. Jidher li s-suspettat kien liebes appart li bih kellu jisplodi l-bomba, imma rapporti qed jgħidu li xi ħaġa marret ħażina u l-bomba ħadet qabel il-ħin.
Aħna tkellima ma' Antida, li flimkien ma' familtha tinsab New York għal btala. Fil-ħin tal-attakk huma kienu għadhom fil-lukanda, "Kien għadu kmieni, xi s-7:45am u bdejna nisimgħu ħafna karozzi tal-pulizija, ambulanzi u kien hemm żewġ ħelikopters fuqna u bdejna naraw ħafna nies miġburin fi triq. Il-lukanda tagħna qiegħda żewġ minuti 'l bogħod minn fejn seħħet il-bomba. Meta bdejna naraw dan kollu minn ġot-tieqa, indunajna li ġara xi ħaġa."
![]() |
Is-sitwazzjoni fi New York illum |
Antida meta bdiet tara dan kollu beżgħet. "Bżajt għax ma kontx naf x'qed jiġri. Bdejna nfittxu minn fuq l-internet u minn fuq Twitter sirna nafu li kienet splużjoni. Bħalissa hawn ħafna nies, pulizija, ambulanzi għal li jista' jinqala' u ħelikopters iduru kontinwament. Però l-atmosfera bħalissa qiegħda kwieta ħafna għax kollox jidher taħt kontroll. Issa m'aħniex nibżgħu għax bil-pulizija bla ma trid tibda tħoss ċertu sigurtà."
![]() |
Ritratt: Reuteurs |
No comments:
Post a Comment