best deal

Sunday, 3 December 2017

"Onestament m’hemmx post li ma fittixt fih ...Naħseb li sabu xi ħadd"



Dan Duke l-Kelb ta' Romina. Duke ntilef ftit tal-jiem ilu. 



Romina u l-familja tagħha Awwissu li għadda laqgħu membru ġdid fil-familja, Duke, kelb tar-razza King Charles. Għaldaqstant fit-28 ta’ Novembru ġara dak li qatt ma xtaqu li jiġri. Intilef Duke. 

Romina tirrakkonta kif intilef Duke. Romina qaltilna li Duke dejjem kien kurjuż biex jara min ġie d-dar,

 Kif jinfetaħ il-bieb, tarah, imur sparat jara min ġie, bħal klieb oħrajn 

Għaldaqstant dakinhar li ntilef, it-tifla tagħha kienet id-dar mal-kelb meta d-dar wasal xi ħadd u Duke mar bil-ġirja sal-bieb ta’ barra tant lit-tifla ma laħqitx għalqet il-bieb. Inzerta fejn toqgħod Romina fil-limiti tal-Buskett hemm niżla mħarbta u għalkemm it-tifla tagħha marret tiġri warajh ma laħqitux u ma laħqitx rat fejn mar. 



Stqarret li t-tifla tagħha bdiet tibża' ċċempillha u tgħidilha bl-aħbar tant kerha, għalhekk it-tifla persistenti baqgħet tfittex u tfittex sakemm kellha ovjament iċċempel lil ommha u tgħidilha li Duke huwa mitluf. 

"Xħin ċemplitli u qaltli, tlaqt kollox minn idejja u tlaqt b’ħeffa fejn id-dar biex infittex lil Duke"

Imma sfortunatament Duke baqa’ ma nstabtx. Romina minn hemmhekk baqgħet sejra l-għassa tal-Pulizija biex tagħmel rapport biex jekk isibuh xi nies, iċemplulha. Romina ma qatgħetx qalbha u wara li għamlet ir-rapport reġgħet niżlet lura tfittxu u tgħajjatlu imma kien kollu għalxejn. B’qalbha sewda ammettiet magħna li sal-lum il-ġurnata għadha tmur tfittex u tgħajjatlu. 

Qabel ix-xogħol kuljum, Romina tmur tfittex lil Duke u saħansitra anke wara x-xogħol terġa' tmur tfittex imma kollu għalxejn. Qaltilna li anke xi qraba u familjari tagħha saħanstira qed imorru huma wkoll biex waqt li hi tkun xogħol jibqgħu jfittxu. Romina qed taħseb li l-kelb sabu xi ħadd u qed iżommu għandu.

"Onestament m’hemmx post li ma fittixtx fih il-Buskett u Ħad-Dingli. Qtajt qalbi li nsibu barra. Naħseb li sabu xi ħadd."



Mingħajr ebda dubju minn dakinhar 'l hawn Romina ma waqfitx anke titfa' posts fuq Facebook biex tagħmel l-appelli tagħha biex jekk xi ħadd sab lil Duke jirritornah qawwi u sħiħ.

L-appell tagħha hu li għalkemm Duke għandu karattru ħelu u jekk xi ħadd sabu ser jieħu gost bil-kumpanija tiegħu, Duke għandu l-familja tiegħu li dan il-Milied jixtiequ jqattgħuh miegħu fl-imħabba tad-dar. Għalhekk terġa' titlob li jekk xi ħadd sab jew ra lil Duke jikkuntattjaha. Romina qaltilna wkoll li hi u l-familja tagħha kulma jridu lil Duke u japprezzaw ħafna jekk jiġi rritornat. Huma mhux ser jieħdu passi imma se jagħtu rigal talli jingħata lura. 

Apparti Romina u l-kumplament tal-familja, Duke għandu familja oħra li qed tistennieh; Blu, Lassie, Sophia u Maya li huma wkoll joqogħdu fl-istess dar. 



Jekk sibt lil Duke agħti l-isbaħ rigal li tista’ tagħti dan il-Milied u rritornah lura. Jekk rajtu xi mkien messaġġ imur fin-nofs. Ikkuntattjana permezz ta’ Facebook jew ċempel malajr fuq 21249200. 

No comments:

Post a Comment