Thursday, 14 December 2017
Qattus ibbalzmat ma' ħamiema fir-Rabat
Qattus ibbalzmat ma' ħamiem fir-Rabat iqajjem reazzjoni.
Aħna tkellimna mal-persuna li ħadet dawn ir-ritratti. "Kont qiegħda fejn il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù fir-Rabat u kelli nċaqlaq il-van. Eżatt kif dort biex nipparkja insib dan il-qattus ibbalzmat fuq għatba ta' dar. Ħadt qatgħa kbira għax minn taħt il-għajn lanqas kont naf x'qed nara. Xħin intbaħt x'inhu għedt, 'Il-madoff dak qattus!' Mhux xi ħaġa li taraha kuljum."
Tgħidilna li ilu bbalzmat. "Kien jidher li ilu bbalzmat għax kellu anke biċċiet neqsin minn ġo fih u kellu ħafna għanqbut miegħu." Hi tagħti l-opinjoni tagħha. "Il-qtates huma iktar bħala pets milli bħala annimali li tibbalzma. Dawn mhux bħall-għasafar, li hawn ħafna min jibbalzmahom. Jiena ma naqbilx ma' dan għax nemmen li dawn l-annimali għandhom jgħixu u mhux nitfgħuhom ġo vettrina."
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment