best deal

Saturday, 2 December 2017

Tliet snin ilu mietet l-iktar nanna popalari f'Malta.





Bħal lum 3 snin ilu Malta tilfet lil Maryrose Bonello jew aħjar lin-Nanna Katrin. Attriċi u Nanna maħbuba minn kulħadd kemm kollegi kif ukoll telespettaturi. 


Aħna tkellimna man- neputi tagħha David Debono u għidnilu jiddeskrivi min kienet in-nanna Maryrose d-dar u mhux fuq it-televixin. 

David qalilna li Maryrose kienet persuna qalbina ħafna li tħobb lil kulħadd. Persuna li tagġmel minn kollox biex tgħin lil dak li jkun u tarah kuntent u ħafna drabi tispiċċa tpoġġi lil kulħadd qabilha. David irrakkonta kif il-ġenituri tiegħu sseperaw meta hu kienu għadhu t'eta' żgħira u għalhekk marru joqgħodu man-nanna. David jgħid li apparti kienet nantu kienet qisa it-tieni omm tiegħu. 

David stqar magħna li r-relazzjoni ta' bejnitom kienet waħda eċċezzjonali. Tant li meta kellhu jsiefer sena barra biex ikompli l-istudji tiegħu vera kienet ħaditha bi kbira li ser iddum sena ma tarah allura kienet iċċempillu kuljum. 


L-ewwel darba li żammietu f'idha

Mistoqsi kif kien iħossu bil-fatt li n-nanna tiegħu bħal donna qisa in-nanna ta' Malta kollha, David qalilna li jieħu gost li lin-nanna tiegħu jafha u jħobbha kulħadd. 

"Naf li waħda mill-akbar sodisfazzjon li kien ikollha hu li jirnexxiela titfa tbissima fuq n-nies u allura kont nieħu gost nara sodisfatta" 

Jirrakkonta kif meta kienu joħroġu x'imkien fil-pubbliku ma kinux jifqu min nies ġejjin ikelmuwa u anke jieħdu xi ritratt. Hu spjega li meta kien għadhu żgħir kienet tkun naqra frustranti għalih imma illum meta jiftakar fit-tbissima li kien ikollha meta jwaqqafa xi ħadd kienet waħda inkredibli. 

"Il-fatt li l-memorja tagħha għadha tgħix fil-qlub tal-maltin kollha iżżomni seren." 

Kien hemm xi storja li ġrat meta kien magħha u li ma jinsija qatt? David jirrakkonta kif dejjem kien joqod jinkija u jaqbad magħha ħabba l-ammont ta' nies li keinu jwaqfuwa biex jitkelmu magħha. U darba waħda meta telaw ġurnata s' Għawdex ta' ċkejken li hu  iddeċieda li jgħodd id-drabi li jwaqfuwa xi nies. Wieħed, tnejn, tlieta u baqa' baqa' jgħodd sad-90 persuna għaliex imbagħad għajja jgħodd. Dakinhar, jirrakkonta David, waqt li kienu fil-kampanja, waqfitilom il-karozza u għadhu jiftakar kif n-nanna Katrin ma' ħablet rasha xejn, ċemplet għall-assistenza u sakemm ġew qadet tirrakkonta l-istejjer u ddaħħaq lin-neputijiet tagħha fil-karozza.



"Sempliċiment kienet persuna twajba wisq. Kienet fin-natura tagħha li tara kif ħa tnissel tbissima fuq dak li jkun, u dejjem ħarset lejn il-ħajja u d-dinja b'mod innoċenti u pożittiv. Mara ta' veru!" 





No comments:

Post a Comment