best deal

Monday, 11 December 2017

William jeħel 3 snin ħabs



William, li għamel 10 snin clean u 14-il sena jistenna, għadu kemm weħel 3 snin ħabs.



F'Xarabank, William kien spjegalna li ta' 14-il sena beda jieħu d-droga. Sar addict u 14-il sena ilu nqabad ixerred id-droga. Arrestawh u ressquh il-Qorti. Mar il-Cartias għal programm u gradwa. Issa ilu 10 snin clean mid-droga. Ilu 8 snin ma jmiss qatra alkoħol. Ilu 7 snin li qata' s-sigaretti.

William tul dan iż-żmien fetaħ ħanut u impjega n-nies. Dan il-ħanut għalqu minħabba li se jeħel il-ħabs. 

Ftit tal-minuti ilu, William weħel il-ħabs. Hu nstab ħati li fis-26 ta' Novembru, 2004, kien fil-pussess ta' pilloli ecstasy u b'assoċjazzjoni u traffikar tal-istess droga.

F'Xarabank, Peppi kien issuġġerixxa li William jeħel sentenza ta' 10 snin f'xogħl komunitarju billi

a) Iwiegħed li jagħti l-urina meta mitlub
b) Jieħu kors fil-pedagoġija
c) Li għal għaxar snin, darbtejn fil-ġimgħa jmur ġo skola differenti jirrakkonta kif id-droga tkissrek u twasslek għall-mewt.


 

3 comments:

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  2. The Law is an ASS goes a saying and it hits it right on the head.
    Being sensible and bend a little in genuine cases is not going against the law but showing wisdom which I am sorry to say our courts are in need of some.

    ReplyDelete
  3. I believe that Justice would have been served better if the sentence would have been 15 years suspended for 15 years! That way there is a deterrent not to get back in the drug trafficking business again!

    ReplyDelete