Xarabank jerġa' jiġi l-ewwel
Xarabank reġa' ġie ddikjarat bħala l-iktar programm segwit fost il-programmi kollha li jidhru fuq l-istazzjonijiet kollha f'Malta u Għawdex fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għadu kif ħareġ ftit ħin ilu. L-aħbarijiet ta' Television Malta huma l-aktar aħbarijiet segwiti u jirreġistraw l-ogħla l-udjenzi.

Mitlub jikkummenta, Mark Laurence Zammit, preżentatur u l-maniġer tat-team ta' Xarabank qal: "din l-aħbar tagħmilni kburi u twerwirni fl-istess ħin. Kburi u għandi sodisfazzjon kbir għax konxju li dak li nagħmlu qed isegwuh ħafna nies u minn dak li nagħmlu jinbidlu l-ħajjiet tan-nies għall-aħjar. Imma dak l-istess ħsieb iwerwirni, għaliex ipoġġina f'pożizzjoni ta' responsabbiltà kbira lejn il-poplu. Xarabank dejjem hekk kien. Taħlita ta' sodisfazzjon u biża'. M'hemmx waħda mingħajr l-oħra. Mingħajr is-sodisfazzjon mhux worth it tagħmlu, imma mingħajr il-biża' jispiċċa s-sodisfazzjon kollu. Għax il-biża' żżommok moħħok hemm biex tkun dejjem aħjar, u minn hemm jiġi s-sodisfazzjon."
"Is-sigriet ta' Xarabank huwa t-team - in-nies li jaħdmu fih u li jiddedikaw ħinhom u saħħithom biex jikkreaw id-diskussjonijiet, jivvintaw iċ-ċajt u jiġġieldu l-inġustizzji tal-minoritajiet."
No comments:
Post a Comment