best deal

Friday, 22 December 2017

X'rigal se jagħtu lil xulxin Joseph u Muscat u Adrian Delia?


F'Xarabank illejla se tkunu tafu x'rigali taw lil xulxin Joseph Muscat u Adrian Delia.

Reġa' wasal dak iż-żmien fejn f'Xarabank nistiednu lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni mal-familji tagħhom, u dis-sena għamilna xi ħaġa ġdida - tlabniehom jixtru rigal lil xulxin. Ir-rigali xtrawhom, ippakkjawhom, kitbu nota magħhom u tawhom lilna, u waqt il-programm, lill-Prim Ministru se nagħtuh ir-rigal ta' Adrian Delia, u lill-Kap tal-Oppożizzjoni se nagħtuh ir-rigal ta' Joseph Muscat. Tarawhom jiftħu r-rigali llejla f'Xarabank!

Ma' Joseph Muscat, Michelle u t-tfal se nitkellmu fuq ħafna affarijiet iżda se naraw ukoll xi xtraw Etoile u Soleil lil missierhom, meta marru ma' Mark u ma' ommhom Michelle Christmas Shopping.

Se niltaqgħu wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni fejn se niskopru ħafna affarijiet ġodda, fosthom x'ġara meta Adrian u Nickie marru f'ħanut tat-tiżjin tal-Milied fi Franza.

Magħna se jkollna wkoll lill-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca u lis-Sur Edgar Preca. F'din il-parti tal-programm se jispikkaw is-sorpriżi!

Però f'dan il-programm se jkollna wkoll lil Katriel, it-tfajjel li mess il-qalb ta' kulħadd, u lil Samuel, li għamel sorpriża lill-President f'għeluq sninha. (U l-President se tagħmillu sorpriża kbira lura!)

  

Illejla Xarabank speċjali tal-Milied titilfux!

No comments:

Post a Comment