Erba' professuri qalu lil Lawrence li hu infertili iżda llum huwa papa' ta' tfajjel jismu Liam.
F'Xarabank, Lawrence jirrakkonta l-esperjenza li għadda minnha meta hu u Maronia xtaqu li jibnu familja. "Morna biex nagħmlu t-testijiet li naraw li kollox alright. Erba' professuri qaluli li jien infertili u ma jistax ikolli tfal assolutament. Qaluli biex jew nipprovaw tentattiv wieħed ta' IVF jew inkella naddottaw. Barra minn hekk, Mariona kellha problemi wkoll min-naħa tagħha."
"Imbagħad għedt lil Mariona li jiena mhux qed inħossni kif qed jgħidu t-tobba. Għedtilha biex nirrilassaw għax dawn huma affarijiet tal-Mulej mhux affarijiet tal-bniedem. U ħames snin ilu kellna lil Liam."
No comments:
Post a Comment