Huwa normali li wara li
twelled omm tgħaddi mill-baby blues. Dawn huma dwejjaq ikkawżati mit-tibdil
fl-ormoni tal-omm. Ġeneralment dan id-dwejjaq u ansjetà jitilqu
sa 3 t'ijiem wara t-twelid tat-tarbija. F’każ li dawn is-sintomi jibqgħu fuq l-omm għal ġimagħtejn jew aktar, il-persuna għandha tfittex l-għajnuna għax tkun għaddejja minn post-natal depression (richmond.org.mt).

Is-sintomi tal-post-natal depression huma dwejjaq u aptit li tibki bla raġuni, nuqqas ta' interess fis-sess, diffikultà biex torqod, nuqqas ta’ aptit, nuqqas ta' gost f’affarijiet li s-soltu jagħtu gost, nuqqas ta’ aptit li tiltaqa' man-nies, anki nies li taf sew, sens ta’ ħtija li mhux qed tkun omm tajba biżżejjed u mixed feelings dwar it-tarbija.
F'Xarabank dalwaqt se jkollna programm dwar is-saħħa mentali. Jekk int għaddejt minn post-natal depression jew xi kundizzjoni mentali ohra, aħna nixtiequ niltaqgħu miegħek. Ċemplilna fuq 21249200 jew ibagħtilna messaġġ fuq Facebook.
I think you should also discuss the impact that baby loss has on both the parents mentally, still a very taboo subject locally!
ReplyDelete