best deal

Tuesday, 16 January 2018

BIL-FILMAT: Dalwaqt Xarabank speċjali tal-Eurovision


Ġimgħa oħra l-ewwel programm tal-Eurovision.


Bħalissa t-tim ta' Xarabank qed jipprepara għaż-żewġ programmi tal-Eurovision. Dawn ħa jsiru fis-26 ta' dan ix-xahar u fit-2 ta' Frar, jum biss qabel il-Malta Eurovision Song Contest.

Minbarra l-mash-ups bid-diski tal-Eurovision, bħalissa Peppi, Claire u Russell qed jiltaqgħu mal-kantanti kollha tal-MESC biex jittellgħu dawn iż-żewġ programmi. Fihom se nisimgħu l-kanzunetti, se nsiru nafu ħafna affarijiet li ma konniex nafu, se jkollna xi sorpriżi u ma jonqosx ukoll iċ-ċajt.


Kumbinazzjoni llum iltqajna ma' dan il-filmat t'hawn taħt li ttieħed fil-programm tal-Eurovision ta' sentejn ilu. Hawnhekk Peter Carbonaro u Corazon interpretaw lil Paul Giordamania u lil Georgina bid-diska Could it Be.


Għalhekk, Xarabank speċjali tal-Eurovision titilfuhx!




Ritratt tal-faċċata: Eurovision Song Malta

No comments:

Post a Comment